Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: L-anzjani u l-persuni b’diżabilità fiċ-ċentru ta’ ftehim ġdid iffirmat bejn l-Aġenzija Sapport u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità

pr240726
Date Icon 29/04/2024

Fil-mixja lejn aktar sostenn lill-persuni b'diżabilità, l-Aġenzija Sapport u d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ffirmaw ftehim li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet għall-benefiċċju ta' anzjani u persuni b'diżabilità.


Dan tħabbar mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli u mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea.

Dan il-ftehim, li jkopri medda ta' tliet snin, ser iwassal biex id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità joffri servizzi lill-persuni b'diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi ta' Aġenzija Sapport, liema servizzi ser jinkludu servizzi mill-infermiera u carers tal-Commcare, fiżjoterapija, servizzi ta' podjatrija u occupational therapy. Dan ukoll apparti kollaborazzjoni sabiex persuni b'diżabilità li huma residenti fi djar tal-anzjani jingħataw servizz u sapport konġunt.

Dan il-ftehim ser ikun qed iwitti t-triq ukoll għal aktar kollaborazzjoni bejn professjonisti taż-żewġ entitajiet sabiex ikun assigurat li persuni b'diżabilità jiġu riferuti lejn servizzi fil-komunità u li jkollhom aċċess u sostenn mid-dipartimenti rispettivi.

Apparti minn hekk, persuni li għandhom 'il fuq minn 60 sena u li għadhom jgħixu fil-komunità u li jiġu riferuti lejn id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, jistgħu jingħataw assistenza biex jixtru apparat assistiv li bħala servizz huwa provdut minn Aġenzija Sapport kif ukoll persuni b'diżabilità taħt is-60 sena jistgħu jibbenefikaw minn servizzi provduti mid-Dipartiment, filwaqt li persuni b'diżabilità li jgħixu f'residenza tal-anzjani u huma taħt is-60 sena, se jkunu qed jingħataw is-sapport meħtieġ mill-professjonisti ta' Aġenzija Sapport.

Ħidma oħra tinkludi proġetti ta' riċerka kif ukoll taħriġ lill-professjonisti taż-żewġ entitajiet rispettivi.


Il-Ministru Julia Farrugia Portelli fissret kif l-inklużjoni ma tibdiex u tispiċċa mad-diżabilità. “Li jkollna soċjetà inklużiva jfisser li kulħadd ikun jista' jibqa' attiv bl-aħjar mod li jista' mingħajr xkiel. Dan il-Gvern jemmen fil-potenzjal sħiħ tal-persuni b'diżabilità u l-anzjani tagħna. L-iffirmar ta' dan il-ftehim se jiffaċilita l-proċess li permezz tiegħu dawn iż-żewġ demografiji tas-soċjetà tagħna jsibu s-sostenn meħtieġ f'qasir żmien u bl-aħjar mod possibbli," temmet tgħid il-Ministru.


Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea qal, “Dan il-ftehim huwa pass fundamentali biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta' dawk l-anzjani li għandhom diżabilità. Huwa riflessjoni tal-impenn kontinwu tagħna li noħolqu soċjetà aktar inklużiva u attenta għall-bżonnijiet ta' kull individwu. B'din il-kollaborazzjoni bejn Aġenzija Sapport u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, qed nippreżentaw mudell ta' kura integrata li tistabbilixxi l-istandard għal servizzi ħolistiċi li jindirizzaw kemm is-saħħa fiżika kif ukoll dik soċjali."

Il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport Oliver Scicluna sostna li l-aġenzija qed tħares lejn dan il-ftehim bħala mezz kif tkompli tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u li dan ser iservi biex ikunu msaħħa programmi u inizjattivi bbażati fuq il-prinċipji ta' anzjanità attiva u sapport lil persuni b'diżabilità, intenzjonati li jtejbu l-kwalità ta' ħajja ta' anzjani b'diżabilità. Permezz ta' dan il-ftehim iż-żewġ partijiet ser ikunu wkoll qed jiddiskutu kif jistgħu joħolqu proġetti u attivitajiet konġunti bl-involviment tal-klijenti tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: L-anzjani u l-persuni b’diżabilità fiċ-ċentru ta’ ftehim ġdid iffirmat bejn l-Aġenzija Sapport u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: L-anzjani u l-persuni b’diżabilità fiċ-ċentru ta’ ftehim ġdid iffirmat bejn l-Aġenzija Sapport u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow