Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Linja ġdida awtomatizzata għall-ħġieġ, bl-użu tal-aħħar teknoloġija, waslet biex titlesta

pr240724
Date Icon 29/04/2024

WasteServ waslet biex tlesti linja ġdida awtomatizzata għall-ħġieġ li kważi se tittripla l-kapaċità tal-ipproċessar eżistenti. Dan huwa pass ieħor sinifikanti ’l quddiem fl-impenn ta’ Malta għal prattiċi sostenibbli fl-immaniġġjar tal-iskart. 

Din il-linja, li se tuża teknoloġija avvanzata, tinsab fl-istadji finali tal-ikkummissjonar u  se tkun  tista’ tipproċessa madwar 10 tunnellati ta’ ħġieġ fis-siegħa – ekwivalenti għal 52,500 flixkun kull siegħa. B’hekk WasteServ se tkun qed iżżid il-kapaċità minn 8,000 tunnellata fis-sena għal 21,000 tunnellata. L-izvilupp ta' dan l-impjant huwa parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej.

Akkumpanjata mill-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Richard Bilocca, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli żaret is-sit biex tara l-progress li għaddej fuq l-impjant.

“B’investiment ta’ aktar minn €2.5 miljun, din il-linja ġdida tirrappreżenta pass importanti biex inkomplu nimxu lejn ekonomija ċirkolari. Din il-linja se tkun mhux biss qed iżżid b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-ipproċessar minn dik li hemm bħalissa imma se tkun ukoll qed twassal għall-ħġieġ ta’ kwalità superjuri li mbagħad ikun jista’ jinbidel fi prodotti ġodda,” spjegat il-Ministru Dalli.

Din il-linja ġdida se tkun ukoll qed tipproċessa tipi differenti ta’ ħġieġ, inkluż fdalijiet ta’ ħġieġ ċatt, bħal ħġieġ tat-twieqi, biex b’hekk jitnaqqas iktar skart milli jispiċċa fil-miżbla. Permezz  tal-aħħar teknoloġija, inkluż tagħmir ta’ separazzjoni awtomatizzat, din il-linja se tkun qed tneħħi  kontaminati u anke tissepara ħġieġ ċar mill-ħġieġ ikkulurit biex b’hekk il-materjal finali jkun ta’ kwalità għolja. 

Il-Kap Eżekuttiv Richard Bilocca spjega li wara dan il-proċess elaborat, il-materjal finali se jkun ‘furnace-ready’. Dan ifisser li l-materjal jista’ jiġi integrat mill-ewwel fil-proċess biex jiġi trasformat fi fliexken u vażetti riċiklati, b’hekk il-manifatturi se jkunu qed jiffrankaw il-ħin.

L-impjant jinsab fil-faċilità ta’ Sant’Antnin f’Marsaskala u jifforma parti mid-deċiżjoni strateġika li jitnaqqas l-operat f’din il-faċilita sabiex madwar 24,000 metru kwadru ta’ art  ikun jista’ jinbidel fi spazju aħdar rikreattiv għall-pubbliku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Linja ġdida awtomatizzata għall-ħġieġ, bl-użu tal-aħħar teknoloġija, waslet biex titlesta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Linja ġdida awtomatizzata għall-ħġieġ, bl-użu tal-aħħar teknoloġija, waslet biex titlesta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Linja ġdida awtomatizzata għall-ħġieġ, bl-użu tal-aħħar teknoloġija, waslet biex titlesta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow