Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Lokalitajiet indaf u spazji miftuħa miżmuma tajjeb – il-Prim Ministru Robert Abela b’laqgħat ma’ ħaddiema differenti

pr240719
Date Icon 29/04/2024

Il-komunitajiet tagħna fl-ibliet u l-irħula rridu nagħtuhom postijiet indaf u l-ispazji miftuħa li qed noħolqu rridu nżommuhom b’mod tajjeb. Dan kien il-messaġġ li l-Prim Ministru Robert Abela għadda f’żewġ żjarat li għamel dalgħodu f’laqgħat mal-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni u ta’ Project Green.

Fil-laqgħa mal-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni fl-uffiċini tagħhom f’Ħal Luqa, il-Prim Ministru Robert Abela nnota l-investiment li sar f’tagħmir modern u aktar effikaċi favur l-indafa pubblika. Saħaq li l-ħidma favur proġetti ta’ riġenerazzjoni u tisbiħ ta’ postijiet trid tkun akkumpanjata minn ħidma oħra importanti li żżomm dawn l-ispazji nodfa.

“Il-komunitajiet tagħna jistennew ambjent sabiħ iżda fuq kollox postijiet nodfa li jridu jkunu kkumplimentati minn ħidmietkom u r-responsabbiltà kollettiva taċ-ċittadini”, qal Dr Abela fil-laqgħa ma’ dawn il-ħaddiema, li rringrazzjahom tax-xogħol imprezzabbli tagħhom favur pajjiż nadif.

Fiż-żjara mbagħad fil-park ta’ Bengħajsa, fejn hemmhekk iltaqa’ mal-ħaddiema ta’ Project Green fuq il-lant tax-xogħol, il-Prim Ministru qal li f’dak li ħaddieħor ried jagħmlu maħżen għall-kontejners, dan il-Gvern għamlu spazju aħdar għall-familji u issa rridu naraw post miżmum u sabiħ għat-tgawdija ta’ kulħadd. Dr Abela qal li dan il-park huwa eżempju ieħor tal-għan tal-Gvern favur li jkompli jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tan-nies u sostna li l-ħaddiema li jaħdmu favur iż-żamma ta’ spazji miftuħa qed iwettqu ħidma importanti marbut ma’ dan l-għan.

Fiż-żewġ żjarat, il-Prim Ministru rrimarka għar-riżorsi u l-appoġġ li ħaqqhom il-ħaddiema flimkien mal-impenn tal-Gvern li jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u jsaħħaħ lill-ħaddiem. Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru Robert Abela waqt dawn iż-żjarat kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli, u s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Lokalitajiet indaf u spazji miftuħa miżmuma tajjeb – il-Prim Ministru Robert Abela b’laqgħat ma’ ħaddiema differenti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Lokalitajiet indaf u spazji miftuħa miżmuma tajjeb – il-Prim Ministru Robert Abela b’laqgħat ma’ ħaddiema differenti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Lokalitajiet indaf u spazji miftuħa miżmuma tajjeb – il-Prim Ministru Robert Abela b’laqgħat ma’ ħaddiema differenti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Lokalitajiet indaf u spazji miftuħa miżmuma tajjeb – il-Prim Ministru Robert Abela b’laqgħat ma’ ħaddiema differenti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Lokalitajiet indaf u spazji miftuħa miżmuma tajjeb – il-Prim Ministru Robert Abela b’laqgħat ma’ ħaddiema differenti
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow