Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA: Meta nieħdu ħsieb il-lokalitajiet inkunu qed nieħdu ħsieb lin-nies infushom

PR240705
Date Icon 27/04/2024

Is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield wassal il-messaġġ tal-Gvern dwar il-ħtieġa li nsaħħu r-riżorsi għat-tindif fil-lokalitajiet, waqt roundtable discussion ma’ NGOs, voluntiera u stakeholders ewlenin li jaħdmu fil-qasam ambjentali. Huwa saħaq li l-indafa pubblika għandha tkun prijorità għal kulħadd. Is-Segretarju Parlamentari qal illi l-għan ewlieni tiegħu kien li jisma’ direttament mingħand in-nies involuti u sabiex issir diskussjoni dwar kif il-Gvern, l-għaqdiet u n-nies jistgħu jaħdmu aħjar flimkien. 

“Għandna bżonn mentalità ġdida, bi sforz kollettiv biex pajjiżna nieħdu ħsiebu. Nixtieq nara aktar kampanji biex inqajmu kuxjenza,” kompla jgħid Bedingfield. Huwa saħaq ukoll kontra d-drawwa li l-iskart domestiku jinħareġ kif ġib u laħaq b’tali mod illi nagħtu xeħta diżutli lil pajjiżna. Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja wkoll lill-voluntiera membri ta’ dawn l-għaqdiet li jorganizzaw cleanups. “Is-sehem volontarju fi cleanups huwa att soċjali fih innifsu,” spjega s-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield. Qal ukoll illi l-att soċjali tal-voluntiera li jieħdu sehem fil-cleanups huwa akbar mill-att innifsu għax l-għemil tal-voluntiera jwassal messaġġ b’saħħtu. Huwa spjega illi hemm diversi modi ta’ kif nistgħu nieħdu ħsieb pajjiżna u enfasizza illi irid jara li juża kull metodu possibbli għaliex fl-aħħar minn l-aħħar, dan huwa dover. Huwa qal li l-verità hi li meta nieħdu ħsieb il-lokalitajiet inkunu qed nieħdu ħsieb in-nies infushom.

Ramon Deguara, Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, fetaħ din id-diskussjoni billi elenka xi numri u statistiċi rigward ix-xogħol ta’ din id-diviżjoni. Huwa spjega kif permezz tal-helpline 1718 u l-applikazzjoni tal-Clean Malta, din id-diviżjoni diġà  rċeviet mat-3,994 rapport fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2024. Minn dawn, ingħalqu total ta’ 3,717 rapport filwaqt li dawk pendenti qed jiġu trattati skont in-natura speċifika tal-każ innifsu. Huwa ta wkoll rendikont tal-lokalitajiet li minnhom jirċievu l-akbar influss ta’ lmenti u kif ukoll għamel referenza għall-pjaga li jġib miegħu r-rimi illegali.

Bosta rappreżentanti minn dawn l-għaqdiet mhux governattivi, attivisti u stakeholders li attendew din il-laqgħa semmew il-ħidma kontinwa u l-kollaborazzjoni b’saħħitha li huma dejjem sabu mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, b’diversi minnhom jisħqu li din tal-aħħar hija waħda minn dawk l-entitajiet li dejjem sabuha disponibbli anki fil-ħin reali. Huma taw ukoll rakkomandazzjonijiet ta’ kif il-Gvern ċentrali jista’ jaħdem id f’id b’mod aktar frekwenti magħhom u offrew suġġerimenti ta’ dik li, mill-esperjenza u fl-opinjoni tagħhom, għandha tkun it-triq ’il quddiem.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA: Meta nieħdu ħsieb il-lokalitajiet inkunu qed nieħdu ħsieb lin-nies infushom
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA: Meta nieħdu ħsieb il-lokalitajiet inkunu qed nieħdu ħsieb lin-nies infushom
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA: Meta nieħdu ħsieb il-lokalitajiet inkunu qed nieħdu ħsieb lin-nies infushom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow