Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Konkluż proċess ieħor ta’ xiri ta’ sede ta’ soċjetà mużikali oħra li kienet f’riskju ta’ żgumbrament – tgawdi mill-aħħar ftehim is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta

pr240704
Date Icon 27/04/2024

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kkonkluda b'mod definittiv il-proċess tax-xiri tas-sede tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta, id-disa' sede ta' soċjetà mużikali li l-gvern xtara b'mod definittiv. Din il-proprjetà tingħaqad ma' tmien binjiet okkupati minn soċjetajiet mużikali oħra, jiġifieri s-sede tas-Soċjetà Mużikali Marija Reġina Marsa A.D.1977, is-sede tal-Għaqda Mużikali Stella Levantina ta' Ħ'Attard, is-sede taċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara, is-sede tas-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own ta' Birkirkara, is-sede tas-Soċjetà Mużikali Antoine de Paule ta' Raħal Ġdid, is-sede tas-Soċjetà Mużikali Stella Maris ta' Tas-Sliema, is-sede tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen ta' Birżebbuġa u s-sede tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta' Ħal Qormi li issa l-gvern hu s-sid tal-binja prinċipali li minnha jaħdmu dawn is-soċjetajiet.

Fl-istess waqt hemm tliet proprjetajiet minn fejn jaħdmu soċjetajiet mużikali oħra li l-ministeru, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti, jinsab f'konvenju dwarhom mas-sidien privati tagħhom. Dawn it-tnax-il soċjetà kollha kienu f'riskju serju ħafna ta' żgumbrament minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-liġijiet tal-kera ta' qabel l-1995.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-każini għandhom rwol kruċjali fit-trawwim tal-iżvilupp kulturali u l-progress soċjali fil-komunitajiet tagħna. Huwa qal li ħafna drabi huma dawn il-persuni attivisti fi ħdan is-soċjetajiet mużikali li jixprunaw l-inizjattivi li jippromwovu l-arti, l-edukazzjoni, il-konservazzjoni ambjentali, u l-ġid soċjali fid-diversi komunitajiet.

“Dawn l-għaqdiet jiddependu ħafna fuq l-ispazji li jokkupaw biex iwettqu xogħolhom b'mod effettiv fil-qalba tal-komunitajiet u għalhekk żgumbrament kien mhux biss ifixkel l-operat tagħhom iżda wkoll jipperikola l-element kruċjali fl-organizzazzjoni u l-ħidma ewlenija tal-festa rispettiva", kompla jgħid il-Ministru Bonnici.

“Għalhekk, kien kruċjali li nieħdu miżuri proattivi biex nipproteġu lill-każini bħas-sede ta' dan li akkwistajna llum. Xogħolna mhuwiex biss li nissalvagwardjaw il-kapaċità u t-talent ta' dawn in-nies, imma irridu nkomplu nsostnu l-valuri fundamentali tad-diversità u l-espressjoni kulturali għal futur b'iktar kultura fih", temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta ġiet akkwistata b'investiment totali ta' €360,000. B'kollox il-gvern hu mistenni li jinvesti total ta' €19-il miljun meta wieħed iqis l-ammont li diġà ġie investit fl-akkwist tad-disa' proprjetajiet imsemmija u l-ammont li jrid jinħareġ meta wieħed iqis it-tliet proprjetajiet l-oħra li għad irid isir kuntratt finali dwarhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Konkluż proċess ieħor ta’ xiri ta’ sede ta’ soċjetà mużikali oħra li kienet f’riskju ta’ żgumbrament – tgawdi mill-aħħar ftehim is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Konkluż proċess ieħor ta’ xiri ta’ sede ta’ soċjetà mużikali oħra li kienet f’riskju ta’ żgumbrament – tgawdi mill-aħħar ftehim is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Konkluż proċess ieħor ta’ xiri ta’ sede ta’ soċjetà mużikali oħra li kienet f’riskju ta’ żgumbrament – tgawdi mill-aħħar ftehim is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Konkluż proċess ieħor ta’ xiri ta’ sede ta’ soċjetà mużikali oħra li kienet f’riskju ta’ żgumbrament – tgawdi mill-aħħar ftehim is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow