Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Tiġdid ta’ ċens tal-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Sliema

pr240703
Date Icon 27/04/2024

L-Awtorità tal-Artijiet u s-Soċjetà Filarmonika Sliema ffirmaw kuntratt li permezz tiegħu ġġedded iċ-ċens tal-każin tal-istess banda f'Tas-Sliema. Permezz ta' dan il-kuntratt, din is-soċjetà se tgawdi minn titlu ta' ċens għall-perjodu ta' 50 sena. Dan il-każin ilu s-sede ta' din is-soċjetà għal bosta snin u kien wasal iż-żmien li t-titolu ta' ċens jiġġedded biex din is-soċjetà tkun tista' tkompli bil-ħidma tagħha.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi waqt li ppreseda għall-iffirmar ta' dan il-kuntratt f'okkażjoni li saret fl-istess sede tas-Soċjetà. Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi spjega, “Bħala gvern se nkomplu naraw kif ngħinu diversi għaqdiet inkluż każini tal-baned permezz ta' proprjetà tal-gvern. Dan huwa mezz b'saħħtu kif inkomplu ninvestu f'dawn l-għaqdiet u nkomplu nkunu ta' sostenn għall-valur kulturali u soċjali tal-każini tal-baned fid-diversi lokalitajiet f'pajjiżna." Il-ministru rrikonoxxa x-xogħol siewi li qed tagħmel l-Awtorità tal-Artijiet sabiex tkompli tkun ta' sostenn għall-għaqdiet volontarji kif ukoll għall-kunsill lokali biex tkompli tissaħħaħ il-ħidma tagħhom fl-ibliet u l-irħula.

Jesmond Vella, il-President tas-Soċjetà Filarmonika Sliema, wera l-apprezzament tiegħu għal dan il-ftehim u spjega li dan se jkun ta' serħan il-moħħ għall-kumitat u l-membri ta' din is-soċjetà. “Nilqa' dan il-ftehim bħala stabbiltà u kontinwità tas-Soċjetà tagħna biex tibqa' tagħti s-servizz tagħha fil-volontarjat u fit-tagħlim tal-mużika fil-komunità tagħna", temm jgħid is-Sur Vella.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Tiġdid ta’ ċens tal-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Sliema
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Tiġdid ta’ ċens tal-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Sliema
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Tiġdid ta’ ċens tal-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Sliema
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow