Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ħatriet ġodda fi ħdan l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

pr240698
Date Icon 26/04/2024

Vanessa Mangion se tkun qed tokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta.  Flimkien ma' din il-ħatra ġie maħtur ukoll tim artistiku magħmul mis-Surmast Paul Abela, Dr Mario Frendo u Umberto Nicoletti Altimari sabiex il-Kap Eżekuttiv tiffoka fuq l-aspetti amministrattivi waqt li t-tim artistiku jieħu ħsieb d-direzzjoni artistika.

Vanessa Mangion ilha taħdem fis-servizz pubbliku għal dawn l-aħħar 23 sena taħt id-diversi amministrazzjonijiet fejn ħadmet, fost oħrajn, fi ħdan is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, il-Ministeru għat-Turiżmu bħala Assistent Direttur (Servizzi Korporattivi), il-Ministeru għall-Finanzi bħala Direttur (Servizzi Korporattivi) u fi ħdan it-Teatru Manoel bħala Senior Manager (Operations). Qabel l-ingaġġ tagħha mas-settur pubbliku hija kienet taħdem fis-settur privat ma' ditta legali rinomata fil-kamp tas-servizzi finanzjarji.

Hija għandha Executive Masters in Business Administration in Public Management u B.A. (Hons) fl-Istorja. Hi wkoll attiva fis-settur tal-volontarjat fejn kisbet diversi rikonoxximenti u anke ppubblikat papers dwar aspetti tal-Istorja u l-kamp finanzjarju f'pajjiżna.

Is-Surmast Paul Abela min-naħa tiegħu studja d-direzzjoni, il-kompożizzjoni u l-orkestrazzjoni taħt il-Professur Charles Camilleri u mbagħad gradwa minn Berklee College of Music ta' Boston fl-Istati Uniti ta' l-Amerika fejn baqa' jissokta bit-taħriġ mużikali tiegħu. Huwa kkompona diversi xogħlijiet ta' ġeneri varji li jvarjaw minn semi-klassiku għal jazz, musicals, mużika għall-films u t-teatru u anke mużika kontemporanja.  Għamel ukoll iktar minn għoxrin sena jgħallem il-mużika fl-Iskola tal-Mużika ta' Malta. Ingħata diversi dekorazzjonijiet għas-servizz li ta lis-settur kultura.

Dr Mario Frendo huwa mużiċist u Senior Lecturer fi ħdan id-Dipartiment tal-Istudji tat-Teatru fi ħdan l-Iskola tal-Arti Performattiva tal-Università ta' Malta.  Ir-riċerka tiegħu ġiet ippubblikata f'diversi djar tal-pubblikazzjoni internazzjonali.  Huwa jaħdem ma' diversi festivals internazzjonali u ħoloq, flimkien ma' oħrajn, il-Festival Internazzjonali tal-Arti ta' Malta.  Huwa għandu B.A. fil-mużika u Studji teatrali, Masters fil-kompożizzjoni mużikali taħt il-gwida tal-kompożitur Charles Camilleri u Ph.D mill-Università ta' Sussex. 

Umberto Nicoletti Altimari, twieled Ruma u studja l-Istorja tal-Mużika.  Ħadem mar-Rai, mal-Festival dei Due Mondi ta' Spoleto flimkien ma' Gian Carlo Menotti, mal-Corriere della Sera bħala kritiku tal-mużika u mal-Academia Nazionale di Santa Cecila fejn ħadem mal-aqwa mużiċisti u diretturi tal-mużika.  Ħadem bħala konsulent mal-Festival Internazionale di Arte e Musica Sagra ta' Ruma u ippubblika diversi artikli f'rivisti speċjalizzati.  Bejn l-1994 u l-2004 huwa dderieġa aġenzija li tirrappreżenta l-artisti liriċi u ħadem hu wkoll fuq testi ta' performances ewlenin.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici awgura lil Mangion u lis-Surmast Abela, Dr Frendo u Umberto Nicoletti Altimari fil-ħatra l-ġdida tagħhom u saħaq li dan se jkun pass importanti 'l quddiem biex l-Orkestra Filarmonika ta' Malta tkompli tikber u tissaħħaħ.  Huwa qal li l-Orkestra Filarmonika ta' Malta hija sors ta' kburija għall-Maltin u l-Għawdxin kollha u l-gvern hu għalhekk kommess li din tkompli tkabbar is-suċċessi tagħha.

Il-ministeru temm jirringrazzja lill-Aġent Kap Eżekuttiv uxxenti, is-Surmast Christopher Muscat tal-ħidma impekkabbli li wettaq minn Novembru 2022 sal-lum meta assuma dan l-irwol b'żieda mal-irwol li diġà kellu bħala Kap Eżekuttiv ta' Pjazza Teatru Rjal. Is-Surmast Muscat se jkompli l-ħidma tiegħu fis-settur kulturali bħala Kap Eżekuttiv ta' Pjazza Teatru Rjal.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ħatriet ġodda fi ħdan l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ħatriet ġodda fi ħdan l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ħatriet ġodda fi ħdan l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ħatriet ġodda fi ħdan l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow