Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja tal-arti: Caritas Fest fil-Parlament ta’ Malta L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja tal-arti tat-tfal tal-iskejjel, “Caritas Fest”, fil-Parlament ta’ Malta. Permezz tat-tpinġijie

pr240697
Date Icon 26/04/2024

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja tal-arti tat-tfal tal-iskejjel, “Caritas Fest", fil-Parlament ta' Malta.  Permezz tat-tpinġijiet tagħhom, it-tfal urew “kif huma jixtiequ jaraw lil Malta", sabiex Malta tibqa' awtentika, naturali u sabiħa.

Permezz ta din il wirja it-tfal urew ix-xewqa li pajjiżna jkun nadif u ma jitlifx il-pajsaġġ naturali, il-wirt storiku u d-drawwiet tradizzjonali Maltin.  

It-tfal wasslu messaġġ wkoll dwar in-numru kbir ta' vetturi li għandna fit-toroq tagħna, mill-konġestjoni tat-traffiku u mill-kwantità ta' bini modern li nbena f'dawn l-aħħar snin li ma jpaxxix l-għajn u ma jmurx mal-karattru tad-djar tradizzjonali li nsibu fil-bliet u rħula Maltin.

It-tfal b'din l-esebizzjoni enfasizzaw li jitħares il-patrimonju u l-wirt storiku ta' pajjiżna u l-ħtieġa li jsir aktar użu minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, li l-iżvilupp f'pajjiżna għandu jkun wieħed sostenibbli  u dan għandu jsir skont il-kriterji mfassla u konformi mal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli (sustainable development goals).

L-Ispeaker faħħar lit-tfal tas-sehem tagħhom f'din il-wirja “Caritas Fest" għax għarfu t-tajjeb għal pajjiżhom li tant iħobbu. Huwa tenna li din l-esebizzjoni turi kemm huma attivi hekk kif tressqu diversi proposti konkreti li l-awtoritajiet jeħtieġ li jwettqu sabiex Malta dejjem tinżamm aktar nadifa u sabiħa, filwaqt li saħaq dwar ix-xewqa li urew it-tfal għas-sliem u l-paċi fostna u fid-dinja.

Din il-konferenza kienet indirizzata ukoll mill-Membri Parlamentari Katya De Giovanni u Julie Zahra.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja tal-arti: Caritas Fest fil-Parlament ta’ Malta L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja tal-arti tat-tfal tal-iskejjel, “Caritas Fest”, fil-Parlament ta’ Malta. Permezz tat-tpinġijie
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja tal-arti: Caritas Fest fil-Parlament ta’ Malta L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja tal-arti tat-tfal tal-iskejjel, “Caritas Fest”, fil-Parlament ta’ Malta. Permezz tat-tpinġijie
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja tal-arti: Caritas Fest fil-Parlament ta’ Malta L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja tal-arti tat-tfal tal-iskejjel, “Caritas Fest”, fil-Parlament ta’ Malta. Permezz tat-tpinġijie
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja tal-arti: Caritas Fest fil-Parlament ta’ Malta L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja tal-arti tat-tfal tal-iskejjel, “Caritas Fest”, fil-Parlament ta’ Malta. Permezz tat-tpinġijie
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja tal-arti: Caritas Fest fil-Parlament ta’ Malta L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja tal-arti tat-tfal tal-iskejjel, “Caritas Fest”, fil-Parlament ta’ Malta. Permezz tat-tpinġijie
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow