Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ippubblikat dokument dwar it-triq 'il quddiem ta' Malta fid-diplomazija diġitali

pr240693
Date Icon 26/04/2024

Il-Ministru Ian Borg jafferma d-diplomazija diġitali bħala għodda kruċjali fil-ħidma għall-paċi

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg ħabbar il-pubblikazzjoni ta' dokument li jidentifika t-triq 'il quddiem għad-diplomazija diġitali fil-politika barranija ta' Malta.

Waqt il-preżentazzjoni tad-dokument fil-Bini tal-Parlament il-Ġimgħa waranofsinhar, il-ministru spjega li b'mod strateġiku, dan id-dokument qed jilqa' għall-isfidi li jġibu magħhom it-teknoloġiji diġitali u jsarrafhom f'opportunitajiet ta' paċi, governanza, tolleranza u prosperità f'Malta u fil-ħidma tal-Korp Diplomatiku Malti mal-komunità globali.

Id-dokument, “A Digital Diplomacy Profile for Malta", jispjega kif pajjiżna qed jikkonferma l-impenn tiegħu li jkun proattiv fil-qasam diġitali, f'setturi li jvarjaw mir-regolamentazzjoni ta' kumpaniji teknoloġiċi u l-użu etiku tal-intelliġenza artifiċjali, sal-governanza tal-internet u s-sigurtà ċibernetika.

Il-Ministru Ian Borg semma kif f'dawn l-aħħar snin pajjiżna wera d-determinazzjoni li juża r-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu biex ikompli jgħolli 'l fuq isem Malta u l-aġenda ewlenija tal-politika barranija tal-gvern – il-paċi u l-prosperità.

“Aħna pajjiż żgħir li din is-sena mhux biss aħna eletti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, iżda anke qed immexxu l-OSCE, l-akbar organizzazzjoni reġjonali tas-sigurtà u l-koperazzjoni fid-dinja, wara qbil unanimu bejn 57 pajjiż. Din hi d-determinazzjoni li rridu nkomplu nuru anke fir-rigward tad-diplomazija diġitali. Huwa għalhekk li llum qed nippreżentaw dan id-dokument biex nimmassimizzaw l-opportunitajiet li toffri l-era diġitali fil-ħidma tagħna f'kull livell internazzjonali," qal il-Ministru Borg.

“Id-diplomazija diġitali tippermetti wkoll li nagħtu aktar spazju għal vuċijiet differenti fid-djalogu dwar temi importanti, bħall-ħidma għall-paċi, il-ġlieda kontra l-intolleranza u l-azzjoni klimatika, lil hinn mis-swali tal-konferenzi internazzjonali, u aktar qrib in-nies," żied jgħid il-ministru.

Spjega wkoll kif diplomazija diġitali b'saħħitha tista' twassal ukoll għal opportunitajiet ekonomiċi ġodda għal Malta u Għawdex, hekk kif tgħin biex twassal il-messaġġ dwar il-potenzjal kummerċjali tal-pajjiż b'mod virtwali f'pajjiżi fejn bħalissa m'hemm l-ebda forma ta' rappreżentanza fiżika.

Il-Ministru Borg irringrazzja lill-korp diplomatiku Malti li qed jaħdem bla heda biex jiżgura li Malta tkun imħejjija tajjeb għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-era diġitali, filwaqt li jkompli jkollha rwol importanti f'dan il-qasam, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tal-pajjiż.

Id-dokument ippubblikat il-Ġimgħa jippreżenta qafas ta' kif id-dinja diġitali għandha tiġi integrata biex b'mod olistiku titwettaq il-ħidma diplomatika ta' Malta. Il-Professur Andre Xuereb, l-Ambaxxatur tematiku ta' Malta għall-Affarijiet Diġitali, li mexxa t-tfassil tad-dokument, spjega kif l-idea hi Malta tinteraġixxi ma' kull pajjiż ieħor fid-dinja u ma tinteraġġixix biss fuq livell fiżiku imma fuq livell diġitali. Għaldaqstant f'dan id-dokument insibu qafas li se jwassal għal kif dan għandu jsir bl-aktar mod effettiv.

Id-dokument jista' jiġi aċċessat b'mod online minn din is-sit: https://foreign.gov.mt/digital-diplomacy-online/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ippubblikat dokument dwar it-triq 'il quddiem ta' Malta fid-diplomazija diġitali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ippubblikat dokument dwar it-triq 'il quddiem ta' Malta fid-diplomazija diġitali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ippubblikat dokument dwar it-triq 'il quddiem ta' Malta fid-diplomazija diġitali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ippubblikat dokument dwar it-triq 'il quddiem ta' Malta fid-diplomazija diġitali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow