Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Erbgħa u sittin membru ġdid jingħaqdu mal-Protezzjoni Ċivili

pr240692
Date Icon 26/04/2024

Erbgħa u sittin rekluta ssieħbu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara li temmew b'suċċess kors intensiv ta' taħriġ t'għoxrin ġimgħa. B'hekk issa dan id-dipartiment għandu kważi 300 uffiċjal.

Ir-rekluti ħadu l-ġurament tal-ħatra fi tmiem ċerimonja li saret fl-istazzjon tal-Protezzjoni Ċivili f'Ħal Far. Il-qofol taċ-ċerimonja kien il-passing out parade tar-rekluti. 

F'indirizz lir-rekluti waqt din iċ-ċerimonja, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri sostna kif dawn il-ħaddiema se jingħaqdu  f'Dipartiment, li permezz tal-investiment kontinwu li sar minn dan il-gvern, huwa mgħammar bl-għodda kollha meħtieġa għal ħidmiet ta' salvataġġ u ta' protezzjoni ċivili.

“Investejna fit-taħriġ tagħkom ukoll, tant li kull darba li ġiet is-siegħa tal-prova dejjem ħriġtu bl-unuri kemm f'pajjiżna imma anke meta mortu tgħinu lil dawk fil-bżonn fit-Turkija, fil-Greċja, fil-Libja – u ġejtu mfaħħra u apprezzati minn kulħadd," qal il-Ministru Byron Camilleri.

Huwa rrefera wkoll għat-tisħiħ fid-drittijiet, fil-kundizzjonijiet u fis-salarji lill-membri tal-korpi dixxiplinati. Fosthom bi ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema kollha tal-Protezzjoni Ċivili, li ġab drittijiet u kundizzjonijiet aħjar u tisħiħ fil-pensjoni tas-servizz. Il-ministru spjega wkoll li għall-ewwel darba fl-istorja, pensjonanti li servew f'korp dixxiplinarju u li ma kienux jieħdu żieda tal-għoli tal-ħajja, issa se jingħataw bonus addizzjonali daqs iż-żieda sħiħa li tingħata għall-għoli tal-ħajja.

Għaċ-ċerimonja tal-passing out parade indirizzaw ukoll lir-rekluti d-Direttur Ġenerali Peter Paul Coleiro u r-rekluta Melanie Callus.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Erbgħa u sittin membru ġdid jingħaqdu mal-Protezzjoni Ċivili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Erbgħa u sittin membru ġdid jingħaqdu mal-Protezzjoni Ċivili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Erbgħa u sittin membru ġdid jingħaqdu mal-Protezzjoni Ċivili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Erbgħa u sittin membru ġdid jingħaqdu mal-Protezzjoni Ċivili
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow