Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Għall-ewwel darba restorant Malti jingħata l-grad ta’ żewġ stilel mill-Michelin Guide

pr240691
Date Icon 26/04/2024

L-azjenda Michelin rinomata għall-evalwazzjoni internazzjonali li tagħmel fl-eċċellenza kulinarja, nediet il-ħames edizzjoni tal-Malta Michelin Guide.

Għall-ewwel darba, ION Harbour, restorant fil-Belt Valletta, ġie onorat fil-grad ta' two Michelin Stars filwaqt li r-restorant Rosami f'San Ġiljan ingħata l-unur ta' Michelin Star għall-ewwel darba. Ir-restoranti Fernando Gastrotheque, Under Grain, Noni, De Mondion u Bahia reġgħu kkonfermaw il-kisba tal-Michelin Star għal din is-sena wkoll.

Ir-restorant AYU, li jinsab fil-lokalità tal-Gżira, ġie inkluż fil-lista tal-Michelin Bib Gourmand għall-ewwel darba. Apparti minn hekk, ir-restoranti Terroir f'Ħ'Attard, One 80 u Kaiseki tal-Belt Valletta, Level Nine u Al Sale f'Għawdex ġew għall-ewwel darba rrakkomandati fil-lista tal-Michelin Guide.

Dawn id-dettalji tħabbru f'attività, li matulha ġew preżentati plakek kommemorattivi, li ġiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u ċ-Chairperson tal-istess Awtorità Gavin Gulia.

Il-ministru esprima l-gratitudni tiegħu għar-restoranti kollha li kisbu dan ir-rikonoxximent tant prestiġjuż mill-Michelin. “Il-fatt li sena wara oħra n-numru ta' restoranti f'Malta u Għawdex fuq il-Michelin Guide qiegħed jiżdied, juri bl-aktar mod ċar kemm f'pajjiżna għandna persuni innovattivi li huma determinati biex ikomplu jgħollu l-kwalità fil-livell tal-prodott tagħhom," saħaq il-Ministru Clayton Bartolo. Huwa żied jgħid li l-gvern ser ikompli jkun ta' spalla għal kull min irid jinvesti fl-industrija tal-ospitalità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Għall-ewwel darba restorant Malti jingħata l-grad ta’ żewġ stilel mill-Michelin Guide
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Għall-ewwel darba restorant Malti jingħata l-grad ta’ żewġ stilel mill-Michelin Guide
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Għall-ewwel darba restorant Malti jingħata l-grad ta’ żewġ stilel mill-Michelin Guide
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow