Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Ftehim ġdid li jindirizza l-ħtiġijiet tar-residenti fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż

pr240688
Date Icon 26/04/2024
  • Programm li jingħaqad mal-firxa wiesgħa ta' proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u dak lokali

Aktar proġetti għall-komunità, b'programm ieħor ta' għajnuna għall-Kunsilli Lokali bi ftehim ta' kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali kollha ta' Malta li b'allokazzjoni ta' €10 miljun. Ftehim bl-għan li jiffaċilita l-proċess biex il-Kunsilli Lokali jwettqu xogħlijiet infrastrutturali fil-lokalitajiet tagħhom, inkluż xogħlijiet ta' manutenzjoni u dawk ta' emerġenza, li minnhom igawdu r-residenti kif ukoll il-pubbliku ġenerali. Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-prinċipju ewlieni ta' dan il-qafas hu li jindirizza l-ħtiġijiet taċ-ċittadini.

Qabel l-iffirmar tal-ftehim, li sar ukoll fil-preżenza tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett, tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia u tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li fix-xogħlijiet infrastrutturali mbagħad irid ikun hemm enfasi fuq prattiċi favur mobbiltà faċli li tgħin fost oħrajn lill-anzjani fil-komunità u lill-persuni b'diżabilità. Filwaqt li semma għadd ta' proġetti sbieħ għall-komunitajiet imwettqa anki b'sinerġija mal-Kunsilli Lokali, bħat-twettiq ta' spazji miftuħa u riġenerazzjoni tal-wirt storiku, irrimarka li għaddejja ħidma favur aktar indafa u se jittieħdu aktar inizjattivi biex f'dan ir-rigward ikollna riżultati aqwa. Fisser dan il-ftehim bħala wieħed li jgħin lill-Kunsilli Lokali fi proġetti infrastrutturali bħala ħolqa minn sensiela ta' deċiżjonijiet favur ambjent isbaħ, lokalitajiet iktar indaf u aċċessibbli.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett saħaq li matul dawn l-aħħar snin dan il-Gvern kien dejjem minn ta' quddiem sabiex jisma' u jkun ta' spalla għall-Kunsilli Lokali kollha madwar pajjiżna. Kliem ekwivalenti jista' jintqal għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi li bla waqfien iwettaq xogħol ma' kull rokna ta' pajjiżna f'ħafna livelli b'mod speċjali dawk komunitarji bħal xogħlijiet ta' manutenzjoni, restawr, spazji miftuħa u binjiet pubbliċi. “Bil-koperazzjoni fuq l-oqsma stabbiliti, grazzi għal dan il-ftehim ser inkunu qed nissiġillaw din ir-relazzjoni tajba u nagħmluha aktar faċli għall-Kunsilli Lokali jilħqu l-miri tagħhom bl-aktar mod effiċjenti filwaqt li fuq kollox intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-komunità residenzjali, kif ukoll ta' dawk kollha li jżuru dawn il-lokalitajiet," qal il-Ministru Bonett. 

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia saħaq dwar il-viżjoni li biha jkollna bidla fil-mentalità ta' kif inħarsu lejn l-ippjanar fil-lokalitajiet tagħna. “Dawn l-€10 miljuni huma opportunità sabiex id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jiffaċċilita l-proċess għall-Kunsilli Lokali li se jkollhom l-għodda kollha sabiex iwettqu bidliet pożittivi fil-lokalitajiet tagħna. Bidliet tanġibbli, għaliex nemmnu li l-futur tal-lokalitajiet tagħna irridu nibnuh aħna," saħaq is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet li l-ħidma ta' dan il-Gvern qed tissarraf fi tkabbir ekonomiku li ġġib realtajiet oħra li qed jiġu indirizzati. Fuq dan il-punt hija rrimarkat li għal darb'oħra l-Gvern ħa jkun ta' spalla għall-Kunsilli Lokali sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u jitwettqu bidliet imressqa mill-Kunsilli Lokali u r-residenti rispettivi tagħhom.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Ftehim ġdid li jindirizza l-ħtiġijiet tar-residenti fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Ftehim ġdid li jindirizza l-ħtiġijiet tar-residenti fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Ftehim ġdid li jindirizza l-ħtiġijiet tar-residenti fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Ftehim ġdid li jindirizza l-ħtiġijiet tar-residenti fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Ftehim ġdid li jindirizza l-ħtiġijiet tar-residenti fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow