Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Maratona ta’ Qari fil-Librerija Pubblika Ċentrali

pr240687
Date Icon 26/04/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici attenda għall-Maratona ta' Qari fil-Librerija Pubblika Ċentrali, fil-Furjana.  Din il-maratona ġiet organizzata bħala parti mill-programm ta' attivitajiet marbuta mal-ġimgħa ddedikata lil-libreriji, liema ġimgħa taħbat mal-Jum Dinji tal-Ktieb u l-Jeddijiet tal-Awtur.

Il-ministru faħħar din l-inizjattiva favur il-qari fejn spjega li permezz ta' inizjattivi bħal dawn tkompli titqajjem iżjed kuxjenza u għarfien fost it-tfal dwar il-qari. Huwa qal ukoll li l-gvern huwa kommess li jkompli jrawwem iżjed imħabba lejn il-ktieb.

Ħafna awturi, librara u kollaboraturi qraw silta bil-Malti minn kotba, drammi jew poeżiji tal-għażla tagħhom matul il-maratona ta' qari li kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha. Huma qraw bla waqfien għal kwarta kull wieħed mid-9 ta' filgħodu sad-9 ta' filgħaxija. Fost il-qarrejja kien hemm nies minn diversi oqsma, inkluż numru ta' mistiedna speċjali li qraw xogħlijiet tagħhom stess kif ukoll kitbiet li ħallew impatt fuqhom bħala professjonisti fl-oqsma rispettivi.

Matul dan il-jum, is-self tal-kotba mil-Librerija baqa' għaddej sad-9pm.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Maratona ta’ Qari fil-Librerija Pubblika Ċentrali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Maratona ta’ Qari fil-Librerija Pubblika Ċentrali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Maratona ta’ Qari fil-Librerija Pubblika Ċentrali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow