Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, RIFORMI U DJALOGU SOĊJALI Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jippresjedi laqgħa tal-Ġnus Magħquda dwar il-Ġlieda kontra r-Reżistenza Antimikrobika

pr240680
Date Icon 25/04/2024

Id-Deputat Prim Ministru ta' Malta Chris Fearne ippresjeda laqgħa ta' konsultazzjoni ta' livell għoli tal-Ġnus Magħquda mal-Istati Membri u l-Osservaturi dwar id-Dikjarazzjoni Politika dwar ir-Reżistenza Antimikrobika. Malta, taħt it-tmexxija tad-Deputat Prim Ministru, kienet minn ta' quddiem nett fl-isforzi biex titrażżan b'mod urġenti r-reżistenza antimikrobika.

Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi hija theddida serja għas-saħħa pubblika madwar id-dinja. Minħabba l-użu ħażin tal-antibijotiċi, matul l-għaxar snin li ġejjin ir-reżistenza għall-antimikrobiċi tista' tnaqqas l-aspettattiva tal-ħajja globali b'1.8 snin u se tiswa lill-gvernijiet 412-il biljun dollaru f'żidiet fl-ispejjeż għall-kura tas-saħħa.

L-għan tal-laqgħa kien li jipprovdi lill-Istati Membri tal-Ġnus Magħquda opportunità biex jiddiskutu l-prijoritajiet ewlenin li jistgħu jiddaħħlu fid-Dikjarazzjoni Politika dwar ir-Reżistenza Antimikrobika, li għandha tiġi adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.

Huwa talab lill-mexxejja dinjin biex jieħdu passi urġenti biex itejbu r-rispons għar-reżistenza antimikrobika. Huwa enfasizza li fi żmien għaxar snin, 90% tal-infezzjonijiet misjuba fl-isptarijiet ikunu reżistenti, u dan jista' jwassal għal fatalitajiet anke minn interventi mediċi ta' rutina. F'dan il-kuntest huwa semma ħames prijoritajiet li jemmen li huma essenzjali biex tinkiseb Dikjarazzjoni Politika effettiva:

  • Aħseb Globalment, Aġixxi Lokalment - Huwa spjega li, għalkemm għandna bżonn soluzzjonijiet globali, l-indirizzar effettiv tat-theddid tar-Reżistenza Antimikrobika jeħtieġu pjanijiet ta' azzjonijiet nazzjonali b'saħħithom li jindirizzaw ir-realtajiet u l-bżonnijiet nazzjonali diverġenti.
  • Investiment fl-R&D - L-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp ta' antimikrobiċi ġodda huwa essenzjali, iżda l-investiment għandu jkun marbut ukoll mal-aċċess għall-antimikrobiċi eżistenti madwar id-dinja, speċjalment f'pajjiżi bi dħul baxx u medju.
  • Miri ċari - Il-miri fid-Dikjarazzjoni Politika għandhom ikunu ċari u  jkunu mmexxija taħt il-gwida ta' bord indipendenti. Irridu niffokaw fuq riżultati li jistgħu jiġu implimentati.
  • Tranżizzjoni Ġusta – Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne osserva li l-inizjattivi maħsuba biex jindirizzaw ir-Reżistenza Antimikrobika b'approċċ integrat jistgħu jaffettwaw l-operat ta' attivitajiet agrikoli żgħar u medji. Għalhekk id-Dikjarazzjoni Politika għandha tinkludi provvedimenti għal tranżizzjoni ġusta u bilanċjata.
  • Monitoraġġ Konsistenti – Irridu naraw mekkaniżmu ta' monitoraġġ robust li jwassal messaġġ qawwi tal-impenn biex tiġi indirizzata din it-theddida eżistenti.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne temm jgħid li filwaqt li aħna l-ewwel ġenerazzjoni li dejjem kellna aċċess għal mediċini antimikrobiċi, għandna l-obbligu morali li niżguraw li ma nkunux tal-aħħar.

Aktar kmieni, id-Deputat Prim Ministru ltaqa'  wkoll mal-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, Dennis Francis, li rringrazzja lil Malta għall-isforzi u t-tmexxija tagħha fit-tkomplija tar-rispons globali biex jitrażżan it-theddid li joħloq ir-Reżistenza Antimikrobika.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, RIFORMI U DJALOGU SOĊJALI Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jippresjedi laqgħa tal-Ġnus Magħquda dwar il-Ġlieda kontra r-Reżistenza Antimikrobika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow