Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr240678
Date Icon 25/04/2024

Inwettqu Flimkien: Kundizzjonijiet ta' xogħol imtejba permezz tal-iffirmar ta' Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema tal-amministrazzjoni, tekniċi u industrijali tal-Università ta' Malta

Permezz ta' Ftehim Kollettiv li ġie ffirmat illum, qed jissaħħu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pakkett finanzjarju tal-ħaddiema tal-amministrazzjoni, tekniċi u industrijali tal-Università ta' Malta. Permezz tiegħu se jgawdu 940 impjegat.

Il-ftehim, li jkopri l-perjodu sa tmiem l-2027, kien iffirmat mill-President tal-Kunsill tal-Università l-Perit Karmenu Vella, mill-Professur Alfred J. Vella, Rettur tal-Università u Josef Vella, Isabelle Farrugia, Noel Caruana u Nathalie Cauchi għan-naħa tal-Union Ħaddiema Magħqudin.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Matthew Vella u Thomas Woods, il-Kap tal-Unit tar-Relazzjonijiet Industrijali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ippresedew l-iffirmar tal-ftehim.

Il-Ministru Clifton Grima qal, “Dan huwa ftehim kollettiv ieħor li qed niffirmaw u li permezz tiegħu qed nuru l-impenn li ninvestu fl-aqwa riżors li għandu pajjiżna, ir-riżors uman. Dan il-ftehim isaħħaħ il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll il-pakkett finanzjarju, filwaqt li jintroduċi miżuri oħrajn li kollettivament jaraw mhux biss żidiet li jirriflettu r-realtajiet tal-lum, imma anki jsaħħaħ l-opportunitajiet għal progress fil-karriera ta' dawn il-ħaddiema."

Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-Union Ħaddiema Magħqudin esprima s-sodisfazzjon għal ftehim milħuq li se jwassal għal kundizzjonijiet aħjar, titjib fis-salarji u aktar flessibbiltà li hi element importanti fl-istil ta' ħajja li qed ngħixu llum biex ikun hemm bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja. Hu kompla li l-union se tkun qed issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim. Huwa rringrazzja lil  dawk kollha li kellhom sehem f'dan il-ftehim għax-xogħol u l-impenn tagħhom.

Matthew Vella, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, irringrazzja lill-Union Ħaddiema Maqgħudin u lill-Università ta' Malta tal-kollaborazzjoni tagħhom biex ġie finalizzat dan il-ftehim kollettiv. “Din il-kisba seħħet sforz id-direzzjoni li ħa l-Ministeru għall-Edukazzjoni li jrawwem kultura bbażata fuq djalogu miftuħ, li jisma' b'mod attiv u jaġixxi skont il-ħtiġijiet, filwaqt li jiżgura li l-persuna tkun dejjem fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu," qal is-Sur Vella.

Il-Professur Alfred J. Vella, Rettur tal-Università, saħaq li mingħajr appoġġ amministrattiv, istituzzjoni bħall-Università ma tistax tiffunzjona sewwa. “Irridu nagħrfu, kif fil-fatt għamilna, il-bżonnijiet li jevolvu maż-żminijiet. Ninsab sodisfatt li wasalna hawn u napprezza l-mod onest kif il-firmatarji dejjem irrappreżentaw dawn il-bżonnijiet."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow