Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ġie konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede prinċipali tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta’ Ħal Qormi

pr240677
Date Icon 25/04/2024

B'kollox jitilgħu għal tmienja l-proprjetajiet użati minn soċjetajiet mużikali li nxtraw mill-Gvern, b'erbgħa oħra jinsabu fuq konvenju

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kkonkluda b'mod definittiv il-proċess tax-xiri tas-sede ta' l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta' Ħal Qormi. Din il-proprjetà tingħaqad ma' seba' binjiet okkupati minn Soċjetajiet Mużikali oħra, jiġifieri s-sede s-Soċjetà Mużikali Marija Reġina Marsa A.D.1977, is-sede tal-Għaqda Mużikali Stella Levantina ta' Ħ'Attard, is-sede taċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara, s-sede tas-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own ta' Birkirkara, is-sede tas-Soċjetà Mużikali Antoine de Paule ta' Raħal Ġdid, s-sede tas-Soċjetà Mużikali Stella Maris ta' Tas-Sliema u s-sede ta' l-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen ta' Birżebbuġa li issa l-Gvern hu s-sid tal-binja prinċipali li minnha joperaw dawn is-soċjetajiet.

Fl-istess waqt hemm erba' sede ta' Soċjetajiet Mużikali oħra li l-Ministeru, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti, jinsab f'konvenju dwarhom mas-sidien privati tagħhom. Dawn it-tnax-il Soċjetà kienu f'riskju serju ta' żgumbrament minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-liġijiet tal-kera ta' qabel l-1995.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega kif il-Gvern ħa l-inizjattiva sabiex isalva dawn is-soċjetajiet mużikali li huma s-sisien tal-festa Maltija f'kull komunità. Huwa tenna li l-Gvern huwa konxju mill-benefiċċji sinifikanti li joħorġu mill-kontribut li l-festi Maltin jagħtu lill-pajjiż, u saħaq li hu kruċjali li dawn is-Soċjetajiet Mużikali jibqgħu jiffunzjonaw u jibqgħu aċċessibbli għall-komunitajiet rispettivi tagħhom.

Il-Ministru Bonnici fisser id-deċiżjoni tal-Gvern li jintervjeni biex jixtri l-każini li kienu f'riskju imminenti ta' żgumbrament bħala waħda importanti għat-tisħiħ tas-settur kulturali, speċjalment meta wieħed iqis ir-rikonoxximent riċenti mill-UNESCO tal-Festa Maltija bħala Wirt Intanġibbli tal-Umanità.

Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall qal li permezz ta' dan il-proċess ta' xiri mill-Gvern, id-diriġenti volontarji issa jistgħu jiffukaw aktar minn qatt qabel fuq il-missjoni kulturali tagħhom fil-qalba tal-komunitajiet li fihom jgħixu.

Is-sede tas-soċjetà tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, Ħal Qormi ġiet akkwistata b'investiment totali ta' €700,000. 

B'kollox il-Gvern hu mistenni li jinvesti total ta' €19-il miljun meta wieħed iqis l-ammont li diġà ġie investit fl-akkwist tat-tmien proprjetajiet imsemmija u l-ammont li jrid jinħareġ meta wieħed iqis l-erba' proprjetajiet l-oħra li għad irid isir kuntratt finali dwarhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ġie konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede prinċipali tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta’ Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ġie konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede prinċipali tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta’ Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ġie konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede prinċipali tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta’ Ħal Qormi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow