Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Sitt kunsilli lokali f’Malta bi proġetti għall-benefiċċju ta’ komunitajiet urbani

pr240676
Date Icon 25/04/2024

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli indirizzat konferenza f’għeluq l-iskema għall-kunsilli lokali urbani ffinanzjata minn fondi Norveġiżi. L-għan ewlieni ta’ din l-iskema kien li jkompli jtejjeb żoni urbani sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti, u persuni li jżuru u jaħdmu f’dawn il-lokalitajiet. L-investiment minn din l-iskema kien ta’ madwar €715,000 u bbenefikaw minnha sitt kunsilli lokali f’Malta. 

Is-segretarju parlamentari qalet li din l-iskema kienet immirata speċifikament lejn kunsilli lokali meqjusa bħala urbani, fejn dawn il-kunsilli ngħataw l-opportunità sabiex jindirizzaw bżonnijiet u sfidi fil-lokalità bl-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom. 

Is-sitt kunsilli lokali li bbenefikaw minn din l-iskema huma Ħal Tarxien, il-Furjana, Ta’ Xbiex, l-Isla, il-Marsa u Raħal Ġdid. Il-proġetti mwettqa jikkonsistu minn ċentri ta’ matul il-jum għall-anzjani, librerija, vettura elettrika ġdida, ġnien, inizjattivi favur l-indafa fil-lokalità u diversi korsijiet ta’ taħriġ u tagħlim. 

“Il-proġetti mwettqa mill-kunsilli lokali permezz ta’ din l-iskema huma eżempju ċar ta’ kemm il-ħidma tal-kunsilli hija relevanti u importanti sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet tal-lokalitajiet għal-benefiċċju tal-komunitajiet,” saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. 

Id-Direttur Ġenerali għad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali Emil Vassallo, filwaqt li faħħar l-impenn ta’ kull minn kien involut fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti, saħaq fuq l-importanza li wieħed jirrifletti fuq il-proċessi li wasslu għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti bl-għan li dawn il-proċessi jitjiebu u jkunu eqreb lejn l-eċċellenza. 

“Għalkemm il-ħidma kienet waħda impenjattiva, meta titkellem mal-persuni li llum qed jibbenefikaw minn dawn il-proġetti tifhem kemm il-ħidma kienet bżonjuża u importanti għall-kwalità ta’ ħajja aħjar għalihom”, irrimarka s-Sur Vassallo.

Min-naħa tiegħu, is-Sur Robert Tabone mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, faħħar lill-kunsilli lokali li ħadu l-opportunità pprovduta lilhom permezz ta’ dawn il-fondi u ħeġġeġ sabiex oħrajn isegwu l-eżempju tagħhom fis-sejħiet li jkun hemm minn żmien għal żmien, kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, jew minn pajjiżi oħra bħal f’dan il-każ minn fondi Norveġiżi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Sitt kunsilli lokali f’Malta bi proġetti għall-benefiċċju ta’ komunitajiet urbani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Sitt kunsilli lokali f’Malta bi proġetti għall-benefiċċju ta’ komunitajiet urbani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Sitt kunsilli lokali f’Malta bi proġetti għall-benefiċċju ta’ komunitajiet urbani
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow