Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Id-Dipartimenti tal-Kardjoloġija u tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei ddikjarati Ċentri t’eċċellenza

pr240675
Date Icon 25/04/2024

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jilqa' b'sodisfazzjon l-aħbar li d-Dipartimenti tal-Kardjoloġija u tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei ġew rikonoxxuti bħala Ċentri ta' Eċċellenza.

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija ġie rikonoxxut għat-teknoloġija iVAC 2L minn PulseCath. Dan huwa mexxej internazzjonali fit-teknoloġija kardjovaskulari u dan ir-rikonoxximent huwa xhieda tal-impenn tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija biex javvanza l-innovazzjoni medika u jtejjeb il-kura tal-pazjent. Dan l-intervent joffri assistenza u appoġġ lill-qalb waqt li jkunu għaddejjin proċeduri oħra fuq il-valvoli jew l-arterji kardijaċi.

PulseCath irrikonoxxew il-kisbiet fit-twettiq ta' bosta proċeduri kumplessi mid-Dipartiment tal-Kardjoloġija. Qalu li l-kompetenza, l-innovazzjoni u l-impenn tad-Dipartiment biex javvanza fit-teknoloġija medika mhux biss għenu r-reputazzjoni tad-Dipartiment iżda kkontribwew ukoll b'mod sinifikanti għall-avvanz tal-kura tal-pazjent.

Id-Dipartiment tad-Dijabete, fi ħdan id-Dipartiment tal-Mediċina Interna, ġie wkoll rikonoxxut mill-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete (IDF), li jipprovdu servizzi komprensivi u edukazzjoni multidixxiplinarja, b'tim ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa li jaħdmu flimkien biex jipprovdu kura u edukazzjoni koordinati. 

Iċ-ċentru tad-Dijabete f'Mater Dei wettaq riċerka importanti dwar id-dijabete, li mhux biss saħħet l-għarfien dwar is-sitwazzjoni tad-dijabete lokali, iżda kkontribwiet ukoll biex tavvanza dak li hu magħruf dwar id-dijabete u l-immaniġġjar tagħha.

Dan ir-rikonoxximent ġie miksub grazzi għall-istandards għoljin u l-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-IDF u fejn sal-lum, hemm biss 22 ċentru ieħor hekk rikonoxxut globalment. IDF qalet li tistenna bil-ħerqa li tilqa' liċ-Ċentru tad-Dijabete f'Mater Dei bħala membru tan-network globali taċ-Ċentri tal-IDF, sabiex tkompli tibni l-kapaċità biex tagħti kura u edukazzjoni tad-dijabete ta' kwalità fir-reġjuni rispettivi tagħhom.

Fi żjara li għamel fid-Dipartimenti tad-Dijabete u tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei, il-Ministru Jo Etienne Abela rringrazzja lill-professjonisti għall-ħidma tagħhom u awgura lilhom u dipartimenti oħra li jkomplu jipprovdu kura t'eċċellenza. “Aħna kburin bl-avvanzi li qed isiru f'dawn l-oqsma u ċert li dan ir-rikonoxximent ser jissarraf f'ħafna ġid għall-Għawdxin u l-Maltin," temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Id-Dipartimenti tal-Kardjoloġija u tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei ddikjarati Ċentri t’eċċellenza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Id-Dipartimenti tal-Kardjoloġija u tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei ddikjarati Ċentri t’eċċellenza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Id-Dipartimenti tal-Kardjoloġija u tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei ddikjarati Ċentri t’eċċellenza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow