Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA L-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jiffirmaw Memorandum ta’ Ftehim

PR240674
Date Icon 25/04/2024

L-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ffirmaw Memorandum ta' Ftehim (MOU) biex itejbu l-kooperazzjoni ta' bejniethom u flimkien ikomplu jippromwovu l-governanza tajba fl-amministrazzjoni pubblika.

Dan l-MoU jistabbilixxi qafas għall-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ entitajiet ta' sorveljanza kostituzzjonali, li jiffoka fuq it-titjib tat-trasparenza, il-kontabilità u l-integrità fl-operat tal-ministeri, dipartimenti u entitajiet pubbliċi.

L-iskop tal-ftehim jinkludi:

•    Skambju ta' informazzjoni mhux ta' natura personali li hija rilevanti għax-xogħol taż-żewġ entitajiet, bi protokolli stretti dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jeħtieġu minn qabel il-kunsens bil-miktub.

•    Kollaborazzjoni fuq proġetti konġunti, inklużi inizjattivi ta' riċerka u seminars edukattivi, immirati biex jixprunaw l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika.

•    Koordinazzjoni dwar reviżjonijiet ta' policy u titjib proċedurali biex jittejbu l-oqsma ta' governanza u kontabilità.

•    Kondiviżjoni ta' deċiżjonijiet jew riżoluzzjonijiet ta' korpi internazzjonali li huma ta' interess reċiproku u li tagħhom huma membri ż-żewġ entitajiet.

Id-dispożizzjonijiet tal-MoU jenfasizzaw iż-żamma tal-indipendenza professjonali u l-kunfidenzjalità stretta fil-ħidma kollha li titwettaq, f'konformità mal-aħjar prattiċi u l-leġiżlazzjoni pertinenti.

L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, enfasizza s-sinifikat ta' dan il-ftehim, billi stqarr, li din hija ġurnata oħra importanti għaż-żewġ uffiċċji kostituzzjonali tagħna, li jirrappurtaw direttament lill-Parlament, fejn essenzjalment it-tnejn ifittxu li jsaħħu l-governanza tajba fis-settur pubbliku, fl-aħħar mill-aħħar fl-aħjar interess taċ-ċittadini tagħna. Żied jgħid li ż-żewġ uffiċċji huma determinati li jassiguraw li dan il-ftehim eventwalment iwassal għal inizjattivi prattiċi u tanġibbli sabiex l-għanijiet tiegħu jkunu jistgħu jintlaħqu kif xieraq.

L-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon, l-Ombudsman Parlamentari, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ispirtu kollaborattiv tad-diskussjonijiet li wasslu għall-MoU. Hu sostna illi dan il-ftehim huwa pass importanti lejn it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' sorveljanza u kontabilità fl-amministrazzjoni pubblika. Hija affermazzjoni għall-impenn tal-uffiċċji tagħna li nħarsu l-prinċipji ta' governanza tajba.

Iż-żewġ uffiċċji huma impenjati li jimplimentaw l-MoU bl-akbar diliġenza u ser jaħtru uffiċjali għolja biex jaraw li jkunu konformi u effettivi ma' dan l-arranġament kollaborattiv.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA L-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jiffirmaw Memorandum ta’ Ftehim
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA L-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jiffirmaw Memorandum ta’ Ftehim
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA L-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jiffirmaw Memorandum ta’ Ftehim
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow