Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tmexxija ġdida għaċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel

pr240671
Date Icon 25/04/2024

Wara li ġie konkluż ir-rapport ta’ Fact Finding, kompost minn professjonisti indipendenti, imwaqqaf mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel, saret l-analiżi meħtieġa tar-rapport, kemm tal-fatti li ġew identifikati, kif ukoll ta’ numru ta’ rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dan ir-rapport.

Tajjeb li wieħed ifakkar li f’Diċembru tal-2022 kien sar eżerċizzju ffukat fuq Leadership u Management f’dan iċ-Ċentru ta’ Riżorsi. F’dan l-eżerċizzju kienu involuti, l-membri tal-SLT (Senior Leadership Team), l-edukaturi u l-LSEs, u professjonisti li jżuru l-iskejjel fuq bażi regolari. Kien sar ukoll kwestjonarju mal-partijiet kollha interessati. Dan ir-rispons ġie diskuss, evalwat u mfassal f’rapport komprensiv. Dan ir-rapport kien jinkludi azzjonijiet kif ukoll rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex ikun hemm titjib għall-benefiċċju kemm tat-tmexxija, l-edukaturi u LSEs u l-istudenti li jattendu din l-istituzzjoni edukattiva. Numru ta’ rakkomandazzjonijiet fil-fatt kienu implimentati. 

Biex ikompli jħares il-benesseri tal-edukaturi u l-istudenti, f’Jannar li għadda l-Ministeru ħa wkoll deċiżjoni li jinnomina Fact Finding Board, li issa ppreżenta r-rapport tiegħu.

Ir-rakkomandazzjonijiet li saru jittrattaw tibdil meħtieġ b’mod immedjat fit-tmexxija kollha ta’ dan iċ-Ċentru. Saret rakkomandazzjoni wkoll li fejn huwa possibbli għandu jibda jintuża mekkaniżmu differenti ta’ kif jiġu allokati ħaddiema li huma qraba. Kien rakkomandat aġġustament fir-ratios, kif inhuma stabbiliti permezz tal-ftehim settorjali li jwasslu għal żieda ta’ staff,  kif ukoll jiġi intensifikat l-ammont ta’ taħriġ għall-edukaturi kollha li jaħdmu f’dan iċ-Ċentru. 

Dan għandu jinkludi ukoll team building sessions u interventi minn professjonisti oħra skont il-bżonn. Rakkomandazzjoni oħra hija dwar streamlining fejn jidħol l-assessjar inizjali tal-istudenti u l-bini ta’ profil ħolistiku għal kull student. L-aħħar rakkomandazzjoni hija dwar ir-rappurtaġġ mit-tmexxija taċ-Ċentru, biex ikun hemm rappurtaġġ lil line manager wieħed.  

Wara li kienu diskussa u analizzati b’mod immedjat ir-rakkomandazzjonijiet li saru, kien deċiż li min nhar it-Tnejn 29 ta’ April 2024 se jkun hemm tmexxija ġdida fiċ-Ċentru ta’ Riżorsi Guardian Angel. It-tmexxija l-ġdida se jkollha prijorità li tara li jittieħdu l-passi meħtieġa skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru, għall-aħjar interess tal-istudenti u l-edukaturi infushom.

Matul il-ġimgħat li ġejjin, il-Ministeru se jieħu wkoll id-deċiżjonijiet meħtieġa biex numru ta’ Standard Operating Procedures (SOPs), policies u mekkaniżmi jkunu jistgħu jiġu modifikati wkoll skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Fact Finding Board. 

Se ssir ukoll ħidma intensiva mill-Ministeru biex it-tmexxija il-ġdida, l-edukaturi kif ukoll l-istudenti jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ f’dan iż-żmien biex jiġi żgurat livell ta’ edukazzjoni għoli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow