STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Imtejba l-ħinijiet għall-provi tal-logħob tan-nar mill-għaqdiet pirotekniċi
Bil-għan li jkun hemm inqas inkonvenjent, iżjed konformità u biex jintlaħaq iżjed l-iskop tad-dilettanti tal-logħob tan-nar, b’Avviż Legali ppubblikat fil-jiem li ġejjin, se jitjiebu l-ħinijiet li matulhom isiru l-provi tal-logħob tan-nar mill-għaqdiet pirotekniċi.
Għalhekk, bis-saħħa tal-imsemmi Avviż Legali, il-ħinijiet tal-provi tal-logħob tan-nar se jibda jkun permess li jsir filgħodu bejn il-11am u 12pm, u fil-ħin ta’ mhux iktar tard minn siegħa wara nżul ix-xemx, bil-provi jkunu lesti fi żmien siegħa wara.
Ir-reviżjoni tal-ħinijiet saret wara konsultazzjonijiet tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol mal-Għaqda Piroteknika Maltija. L-emendi, li ser ikunu ppubblikati f’Avviż Legali fil-Gazzetta tal-Gvern, jirriflettu aktar ix-xenarju attwali lokali kif ukoll sabiex il-ħinijiet fejn isiru l-provi jkunu adattati aktar għall-istaġuni differenti tas-sena.
Dan filwaqt li segwitu tal-istess djalogu mal-għaqda u d-dilettanti, ġie ċċarat li l-permessi għall-ħruq tal-logħob tan-nar fil-festi tradizzjonali għandu jkun ta’ €7.70ċ kull ġurnata.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928