Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Is-settur privat b’fiduċja assoluta fl-iskema tal-housing tal-gvern

pr240668
Date Icon 24/04/2024

F'xahrejn, il-privat għadda aktar minn 100 appartament biex jintużaw għal housing soċjali u affordabbli għall-iskema “Nikru Biex Nassistu"

Fl-aħħar xahrejn, numru sinifikanti ta' sidien privati bdew jikru lill-gvern aktar minn 100 appartament biex dawn jintużaw bħala housing soċjali u affordabbli taħt l-iskema “Nikru Biex Nassistu".

Dan ħabbru l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn matulha spjega s-suċċess ekonomiku u soċjali li qiegħed ikollha din l-iskema.

Permezz ta' din l-iskema, sidien privati jikru l-proprjetà battala tagħhom lill-Awtorità tad-Djar biex imbagħad dawn jintużaw bħala housingsoċjali u affordabbli. “Billi qed nużaw proprjetajiet eżistenti privati u battala għal housing soċjali u affordabbli, mhux biss qed inżidu d-disponibbilta u l-aċċessibbiltà tad-djar iżda wkoll nistimulaw l-ekonomija lokali," qal il-ministru. 

Huwa ħabbar ukoll li sa mit-tnedija ta' din l-iskema aktar minn 350 sid privat kera aktar minn 1,000 appartament li llum qegħdin jintużaw bħala housingsoċjali u affordabbli.

“Bil-kollaborazzjoni ta' sidien privati, mil-lum, aktar minn 100 appartament se jingħaqdu ma' dawn l-1,000 appartment. Din turi l-fiduċja li s-settur privat għandu fil-politika tal-Gvern għas-settur tal-akkomodazzjoni," kompla jgħid il-ministru.

Huwa kompla li s-suċċess ta' din l-inizjattiva huwa xprunat minn viżjoni fit-tul li għandu l-Gvern għal dan is-settur. “Il-viżjoni tagħna hija waħda mibnija fuq il-mobbiltà u l-ġustizzja soċjali u nkomplu naħdmu favur kwalità ta' ħajja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin," temm jgħid il-ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Is-settur privat b’fiduċja assoluta fl-iskema tal-housing tal-gvern
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow