Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, IR-RIFORMI U DJALOGU SOĊJALI Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jippresjedi laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-vjolenza sesswali

pr240666
Date Icon 24/04/2024

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, fil-kuntest tal-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ippresjeda dibattitu miftuħ dwar il-“Prevenzjoni ta' Vjolenza Sesswali relatata ma' kunflitti permezz tad-demilitarizzazzjoni u l-kontroll tal-armi b'responsabbiltà tal-ġeneru".

Dan id-dibattitu, organizzat mill-Kunsill tas-Sigurtà, sar biex jiddiskuti s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti. Matul il-Presidenza ta' dan ix-xahar, Malta kompliet tmexxi 'l quddiem l-Aġenda tan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u f'dan il-kuntest, id-demilitarizzazzjoni u l-kontroll tal-armi bbażat fuq il-ġeneru bħala sforz essenzjali biex jitnaqqsu vjolenzi sesswali relatati mal-kunflitti.

Id-Deputat Prim Ministru spjega li l-għan tad-dibattitu kien li jikseb momentum u jaqsam l-aqwa prattiċi fl-użu tal-kontroll tal-armi u strateġiji biex jipprevjenu l-vjolenzi sesswali relatati mal-kunflitti. L-evidenza turi li ż-żieda fl-armi u l-armamenti tikkontribwixxi direttament għal vjolenza sesswali, b'mod partikolari f'ambjenti ta' kunflitt.

Id-Deputat Prim Ministru Fearne kkundanna l-vjolenzi sesswali relatati mal-kunflitti minn kull fejn tiġi mwettqa, inkluż fl-Israel u fil-Palestina, kif ukoll il-persekuzzjoni sistematika tal-ġeneru mit-Taliban fl-Afganistan. Huwa kompla jesprimi l-appoġġ ta' Malta għall-kodifikazzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, li tippermetti lill-vittmi, kemm dawk tal-preżent kif ukoll tal-futur, li jżommu lill-awturi tar-reati responsabbli għall-kriminalità kollha mwettqa. Il-Kumitat attwali tas-Sanzjonijiet tan-NU insista li għandhom jiġu inkorporati kriterji ta' sanzjonijiet awtonomi fuq vjolenza bbażata fuq is-sess u l-ġeneru.

Fuq stedina ta' Malta, il-Kunsill tas-Sigurtà kien indirizzat mill-attriċi ta' Hollywood Danai Gurira li sservi wkoll bħala l-Ambaxxatriċi tal-UN Women Goodwill, u Neimat Ahmadi, civil society briefer minn North Darfur, fundatriċi u president tal-Darfur Women Action Group.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, IR-RIFORMI U DJALOGU SOĊJALI Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jippresjedi laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-vjolenza sesswali
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, IR-RIFORMI U DJALOGU SOĊJALI Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jippresjedi laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-vjolenza sesswali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow