Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Jo Etienne Abela jattendi għal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa

pr240665
Date Icon 24/04/2024

Fi Brussell, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela attenda għal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri għas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.

Fl-intervent tiegħu dwar il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, il-ministru spjega li filwaqt li Malta hija awto suffiċjenti fin-numru ta' tobba, tiddependi fuq ir-reklutaġġ ta' infermiera u carers barranin. Huwa tenna li Malta tappoġġja  bis-sħiħ kull sforz tal-Presidenza Belġjana, biex jiġi assigurat li kull stat membru jkollu provvista sikura ta' infermieri.

Huwa saħaq fuq l-importanza ta' miżuri favur il-familja, l-edukazzjoni u l-ħiliet fid-diġitalizzazzjoni. Saħaq li l-inklużjoni tal-intelliġenza artifiċjali hija importanti għax tgħin il-prestazzjoni tal-ħaddiem, iżda m'għandiex tissostitwixxi l-ħaddiem. Id-Deputat Prim Ministru tal-Belġju Dr Frank Vandenbroucke u d-Direttur Reġjonali tal-WHO Dr Hans Kluge, laqgħu s-suġġerimenti tal-Ministru Abela b'mod pożittiv meta kienu qed jagħmlu r-rimarki konklussivi tagħhom.

Il-ministru tkellem ukoll dwar il-bżonn li l-Istati Membri kollha jintensifikaw il-ħidma tagħhom f'dak li jirrigwarda kura preventiva, sabiex ikompli jonqos il-mard tal-puplesija, mard tal-qalb u l-kanċer.

Dwar l-aċċess għall-farmaċewtika, il-Ministru Abela insista li fil-qafas farmaċewtiku li qed jiġi nnegozjat bħalissa, l-istati membri ż-żgħar għandhom igawdu mill-benefiċċji sħaħ tas-suq waħdieni. Dan sabiex jiġi assigurat aċċess ekwu għall-mediċini bi prezz ġust. “Ma jistax ikun hemm Unjoni tas-Saħħa mingħajr aċċess ekwu għall-mediċini. Il-pożizzjoni ta' Malta se tkun kontra kull forma ta' impediment f'dan ir-rigward," temm jgħid il-ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Jo Etienne Abela jattendi għal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Jo Etienne Abela jattendi għal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow