Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 8 Ta’ Ġunju, 2024

pr240664
Date Icon 24/04/2024

Tqassim ta' dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-eletturi kollha ta' Malta u Għawdex li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat, jiġifieri dak tal-20 ta' April, 2024, suġġett għal żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Revizur, illi uffiċjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni minn nhar is-Sibt, 27 ta' April, 2024.  It-tqassim ser isir kuljum bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m. u d-9.00 p.m., sa nhar il-Ġimgħa l-10, jew is-Sibt, il-11 ta' Mejju, 2024, skont id-distretti elettorali.

Għaldaqstant huwa ta' ħtieġa kbira li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u li ma tkunx taħt is-16-il sena biex tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni.  

Waqt it-tqassim tad-dokumenti għall-votazzjoni l-pubbliku ser jintalab jikkonferma li jkun irċieva d-dokument/i billi jiffirma fuq il-mobile pprovdut mill-Uffiċjal tal-Pulizija, minflok il-ktejjeb li kien jintuża qabel.

Il-ligi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt it-tqassim ta' dawn id-dokumenti.   Dawn se jkunu provduti b'Biljett ta' Awtorizzazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali sabiex jintwera meta jkun hemm il-ħtieġa.

Id-dokumenti għall-votazzjoni għandhom jinżammu f'post fejn wieħed isibhom għax mingħajrhom ħadd ma jkun jista' jivvota f'jum il-votazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow