Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr240660
Date Icon 24/04/2024

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' Pyrrolizine alkaloids.

Il-pyrrolizidine alkaloids huma grupp ta' tossini naturali sintetizzati bħala metaboliti sekondarji minn speċi ta' pjanti differenti. Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u l-annimali bħala riżultat tal-preżenza tagħhom fil-katina alimentari (Sors: EFSA Journal Vol 15, Issue 7 – Jul 2017)

Isem tal-prodott:Te` nero ai frutti di bosco
Ditta:Lord Nelson
Lott:L030/23
Data tad-durabbilita`:01/2026
Użin:30g


Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow