Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA F’sitt snin ġew reġistrati 35,000 notifika tat-twelid u mewt fl-uffiċċju ta' Identità f'Mater Dei

PR240656
Date Icon 23/04/2024

Kull sena, l-uffiċċju li l-aġenzija Identità għandha fl-Isptar Mater Dei, irreġistra żieda fit-talba għas-servizzi tiegħu. Dan jirrifletti l-impenn tal-aġenzija sabiex il-klijenti jkunu fiċ-ċentru ta' kull deċiżjoni li tittieħed bil-għan li s-servizz ikun wieħed effiċjenti u effettiv.

Sa mit-twaqqaf ta' dan l-uffiċċju, fl-2018, ġew reġistrati kważi 35,000 notifika ta' twelid u mewt, li jammontaw għal aktar minn 70% tan-notifikazzjonijiet ta' twelid u mewt li daħlu fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta.

L-aġenzija Identità fakkret is-sitt sena mill-ftuħ ta' dan l-uffiċċju fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u l-Kap Eżekuttiv ta' Identità Steve Agius.

Il-Ministru Camilleri stqarr, “Id-deċiżjoni li Identità tibda toffri s-servizzi tagħha f'Mater Dei wasslet biex in-nies jibdew jirċievu servizz aħjar taħt saqaf wieħed u fil-post l-aktar komdu għalihom. L-impenn tagħna jibqa' dak li nkomplu nibnu fuq dan is-servizz biex in-nies jirċievu servizzi fl-aktar post komdu għalihom."

Il-Ministru Jo Etienne Abela tenna l-importanza tal-aġenzija Identità fl-Isptar Mater Dei, fejn qed jiġi offrut servizz kontinwu u ferm importanti liċ-ċittadini. “Kommessi li nkomplu noffru servizz ta' kwalità u viċin in-nies u nħarsu 'l quddiem sabiex ikomplu jiżdiedu s-servizzi offruti," temm jgħid il-Ministru Abela.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Identità Steve Agius fakkar fl-impenn tal-Aġenzija li kemm jista' jkun toffri servizz viċin il-klijenti tagħha. Spjega li n-notifika tal-mewt issa qed issir ukoll fi sptarijiet residenzjali, bħal San Vinċenz de Paul, wara taħriġ speċjalizzat li ngħata lill-ħaddiema. Huwa fakkar ukoll fl-irwol importanti li jaqdi dan l-uffiċċju f'każ ta' emerġenza fuq tarbija li tkun għadha kif twieldet, u jkollha bżonn kura medika urġenti barra minn Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA F’sitt snin ġew reġistrati 35,000 notifika tat-twelid u mewt fl-uffiċċju ta' Identità f'Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA F’sitt snin ġew reġistrati 35,000 notifika tat-twelid u mewt fl-uffiċċju ta' Identità f'Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA F’sitt snin ġew reġistrati 35,000 notifika tat-twelid u mewt fl-uffiċċju ta' Identità f'Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA F’sitt snin ġew reġistrati 35,000 notifika tat-twelid u mewt fl-uffiċċju ta' Identità f'Mater Dei
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow