Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Delegazzjoni mill-Uffiċċju tal-Verifika tal-Istat tal-Vjetnam tibda laqgħa bilaterali mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta

PR240655
Date Icon 23/04/2024

Delegazzjoni mill-Uffiċċju tal-Verifika tal-Istat tal-Vjetnam (SAV), immexxija mis-Sur Nguyen Tuan Anh, Deputat Awditur Ġenerali, u akkumpanjata mis-Sur Duong Hai Hung, l-Ambaxxatur tal-Vjetnam għall-Italja u Malta, wettqu żjara bilaterali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta' Malta (NAO) illum, it-23 ta' April 2024. Id-delegazzjoni ġiet milqugħa fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika mis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali u s-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali, kif ukoll uffiċjali għolja oħra tal-NAO.

Din l-okkażjoni kienet l-ewwel laqgħa bilaterali tat-tip tagħha bejn dawn iż-żewġ uffiċċji nazzjonali tal-awditjar u timmarka mument kruċjali fil-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

Iż-żjara għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali eżistenti bejn SAV u NAO u tesplora toroq ġodda għal kollaborazzjoni futura fl-isfera tal-awditjar tas-settur pubbliku. Matul iż-żjara, id-diskussjonijiet prinċipalment iffukaw l-aktar fuq verifika investigattiva.

Fid-dawl tal-għan komuni tagħhom li jsaħħu l-governanza tajba fl-amministrazzjoni pubblika, rappreżentanti kemm minn SAV kif ukoll mill-NAO skambjaw b'mod miftuħ l-esperjenzi u l-għarfien tagħhom f'dan il-qasam tal-awditjar.

Permezz ta' din iż-żjara nħolqot opportunità biex għall-ġejjieni jiġu identifikati oqsma potenzjali għal kollaborazzjoni futura.

L-NAO wassal l-awguri tiegħu lil SAV hekk kif dan jinsab bil-preparamenti biex jiċċelebra t-30 anniversarju tiegħu fil-11 ta' Lulju, 2024. Filwaqt li jenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni bilaterali u multilaterali, l-NAO jistenna bil-ħerqa impenn kontinwu mal-SAV, inkluża l-parteċipazzjoni f'fora internazzjonali bħal avvenimenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI).

Iż-żjara bilaterali tenfasizza l-impenn ta' SAV u NAO biex irawmu rabtiet mill-qrib u tagħlim reċiproku fil-qasam tal-awditjar tas-settur pubbliku, li fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxu għal tisħiħ ta' governanza u responsabbiltà għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Delegazzjoni mill-Uffiċċju tal-Verifika tal-Istat tal-Vjetnam tibda laqgħa bilaterali mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Delegazzjoni mill-Uffiċċju tal-Verifika tal-Istat tal-Vjetnam tibda laqgħa bilaterali mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow