Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza 1902 li sar b’investiment privat

pr240652
Date Icon 23/04/2024

Fl-inawgurazzjoni ta' proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza 1902 f'Pembroke, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li f'riġenerazzjoni rridu naraw l-kwalità u żvilupp li jirrispetta l-karatteristiċi Maltin. Fisser kif il-proġett inawgurat, li ta l-ħajja lil post li kien abbandunat wara ħsarat estensivi fil-passat, iħaddan il-prinċipji marbuta mal-ambjent u l-kwalità.

Fil-fatt b'investiment privat ta' €5 miljun, din il-binja magħrufa bħala d-diskoteka tar-Raffles fit-tmeninijiet, sar restawr fuqha u llum toffri servizzi differenti għall-komunità. Minn childcare centre għal stabbilimenti tal-ikel, gym u anki post fejn isiru laqgħat, din il-binja ta' grad 1 sar investiment fuqha u żammet il-karatteristiċi oriġinali tagħha.

F'indirizz li għamel, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li dan l-investiment huwa xhieda tad-direzzjoni li qed jagħti l-Gvern favur żvilupp sostenibbli. “Dawn l-ispazji rridu nippjanawhom bi ħsieb u nagħmluhom sbieħ fejn il-familja jixirqilha tqatta' ħin ta' kwalità minn ħajjitha fl-isbaħ ambjent possibbli", sostna l-Prim Ministru Abela. Żied jgħid li l-iżvilupp ma jistax ikun fuq binarju għalih jew fuq in-naħa opposta tal-ambjent iżda iż-żewġ aspetti jridu jiġu flimkien biex noħorġu l-aqwa riżultat possibbli.

Innota kif dan l-investiment privat huwa att ukoll ta' fiduċja fil-pajjiż u filwaqt li l-Gvern irid jibqa' jinċentiva l-investiment bl-għajnuna u bl-istabbiltà li joffri, irid ukoll jiffaċilita bit-tnaqqis fil-burokrazija. “Investiment għaqli u sostenibbli jġib il-ġid għal kulħadd", qal Dr Abela, li nnota kif is-suċċess f'pajjiżna hu riżultat tal-bżulija tal-investitur u l-ħaddiem.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza 1902 li sar b’investiment privat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza 1902 li sar b’investiment privat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza 1902 li sar b’investiment privat
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow