STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI
PR240651
23/04/2024
Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ġie infurmat miċ-Chairperson tal-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni li rċieva l-ittra ta' riżenja tas-Sur Jesmond Muscat mill-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Awtorità.
Filwaqt li jinnota u japprezza l-ħidma li wettaq is-Sur Muscat biex jissaħħaħ il-qafas regolatorju, jimmodernizza l-infrastruttura tal-Awtorità u jiġu mwettqa numru ta' riformi, il-Ministru Attard aċċetta r-riżenja.
Il-Ministeru jħares 'il quddiem biex jiġi appuntat Kap Eżekuttiv ġdid biex tkompli tissaħħaħ l-Awtorità u titkompla l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Gvern u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928