Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni għall-komunità fil-housing soċjali ta’ Santa Luċija

pr240648
Date Icon 22/04/2024

F'sena nfetħu tliet proġetti ta' riġenerazzjoni għall-komunità f'żoni differenti ta' housing soċjali

Fl-aħħar sena, il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli inawgura tliet proġetti ta' riġenerazzjoni għall-komunità fiż-żoni ta' housingsoċjali fil-Marsa, il-Mosta u Santa Luċija.

B'ko-finanzjament mill-Fondi għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) ta' aktar minn €2.8 miljun, dawn it-tliet proġetti fissru kwalità ta' ħajja aħjar għal 445 resident li jgħixu f'aktar minn 50 blokka ta' housingsoċjali.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes waqt l-inawgurazzjoni tat-tielet proġett ta' riġenerazzjoni għall-komunità fil-housing soċjali f'Santa Luċija.

Il-ministru spjega li dan il-proġett, bħaż-żewġ proġetti l-oħrajn, jinkludi żieda fl-aċċessibiltà permezz ta' rampi, tħawwil ta' siġar ġodda u sistema ta' pannelli solari li se jkunu qed jiġġeneraw l-elettriku għal din iż-żona.

Il-Ministru Roderick Galdes qal li f'dawn it-tliet proġetti l-Gvern kien impenjat li jgħaqqad il-valuri tal-kwalità tal-ħajja u s-sostenibbiltà għall-mijiet ta' familji. “Kommessi li nkomplu l-ħidma tagħna sabiex kull familja jkollha saqaf diċenti u dinjituż, filwaqt li naraw li l-ambjent li jdawwar il-housing soċjali jkun tal-ogħla livell. Dan qed jiġi implimentat bil-fatti, hekk kif qed ninawguraw numru ta' binjiet ta' akkomodazzjoni soċjali kif ukoll qed niftħu numru ta' spazji għall-komunità għar-residenti," ikkonkluda jgħid il-Ministru Roderick Galdes.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Sindku tal-lokalità ta' Santa Luċija Charmaine St. John.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni għall-komunità fil-housing soċjali ta’ Santa Luċija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni għall-komunità fil-housing soċjali ta’ Santa Luċija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow