Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

pr240643
Date Icon 22/04/2024

B'referenza għaċ-ċifri ppubblikati llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-Ministeru għall-Finanzi jinnota li għal sena oħra, kemm id-defiċit u kif ukoll id-dejn bħala proporzjon mal-Prodott Domestiku Gross (PDG) ta' pajjiżna għas-sena 2023 reġgħu rreġistraw tnaqqis.

Iċ-ċifri ppubblikati juru li d-defiċit ta' pajjiżna naqas minn 5.5% fl-2022 għal 4.9% fl-2023 li jfisser tnaqqis ta' 0.6 punti perċentwali. Id-dejn bħala proporzjon tal-PDG ukoll irreġistra tnaqqis minn 51.6% fl-2022 għal 50.4% fl-2023 li jfisser tnaqqis ta' 1.2 punti perċentwali. Dawn iċ-ċifri fiskali huma iktar pożittivi minn dawk imbassra fil-Budget li għadda fejn għas-sena 2023, kien imbassar li defiċit bħala perċentwal tal-PDG jinżel għal 5.0%, filwaqt li d-dejn kellu jkun ta' 52.78%.

Għal sena oħra, iż-żieda fid-dħul tal-Gvern kien ogħla miż-żieda fil-ħruġ, hekk kif pajjiżna rreġistra żieda b'saħħitha fl-impjiegi u żieda fil-konsum. B'hekk, minkejja l-għajnuna kollha li l-Gvern ta u għadu qed jagħti fis-sussidji tal-elettriku, fjuwils, gass u ċereali u kif ukoll fit-twettiq ta' diversi proġetti kapitali bħat-titjib fl-infrastruttura tal-pajjiż u proġetti ambjentali, xorta rnexxielu jnaqqas id-defiċit.

Ta' min wieħed jinnota li d-dejn ta' pajjiżna huwa ferm iżjed baxx minn dak li tirrikjedi l-kriterja tad-dejn tal-Unjoni Ewropea ta' 60% tal-PDG. It-titjib fit-trażżin tad-defiċit ser ikompli kif ippjanat, b'titjib fiskali ta' 0.5% kull sena hekk kif imħabbar mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fil-Budget għas-sena 2024 u b'rispett sħiħ lejn l-Economic Governance Framework wara l-qbil milħuq bejn il-Ministri għall-Finanzi tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqt laqgħa tal-ECOFIN f'Jannar li għadda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow