Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Ministru Byron Camilleri jattendi s-Summit MED5 li sar fi Spanja

pr240642
Date Icon 22/04/2024

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, attenda laqgħa tal-MED5 li saret f'Las Palmas, Spanja, mal-Ministri responsabbli għall-Intern u l-Migrazzjoni tal-Greċja, l-Italja u Spanja. Ċipru pparteċipa wkoll fil-laqgħa iżda kien rappreżentat fil-livell ta' Direttur.

Id-diskussjonijiet iffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-Patt dwar l-Asil u l-Migrazzjoni u d-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni.

Il-Ministri ħadu rendikont tal-aħħar tendenzi migratorji fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, inkluż it-tnaqqis tal-wasliet mir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u ż-żieda fil-wasliet mir-rotot tal-Punent u tal-Lvant tal-Mediterran. F'dan il-kuntest, il-Ministri enfasizzaw l-importanza li jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-pajjiżi MED5 jitqiesu kif xieraq meta jiġi implimentat il-Patt, inkluża l-importanza li jinżamm bilanċ bejn ir-responsabbiltà u s-solidarjetà u li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' fondi suffiċjenti.

Il-Ministri enfasizzaw ukoll l-importanza tad-dimensjoni esterna, partikolarment il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi dwar il-prevenzjoni u r-ritorni. Huma qablu wkoll dwar il-ħtieġa għal sħubijiet strateġiċi ma' pajjiżi terzi ewlenin ta' oriġini u tranżitu bbażati fuq fiduċja reċiproka u approċċ ta' rotta sħiħa.

Il-Ministru Byron Camilleri saħaq “Huwa  importanti li nżidu l-isforzi tagħna biex nevitaw vjaġġi irregolari, li jwasslu għal telf ta' ħajjiet u li niġġieldu l-kuntrabandisti u n-networks ta' kuntrabandu tagħhom."

“Grazzi għall-isforzi li għamel il-Gvern Malti f'dawn l-aħħar snin, kemm fuq id-dimensjoni esterna kif ukoll interna, in-numru ta' wasliet irregolari naqas b'mod kostanti. Fl-istess ħin, ir-rata ta' ritorni żdiedet gradwalment. Is-sena li għaddiet, l-ekwivalenti ta' 83% tal-wasliet irregolari ġew ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom peress li ma kkwalifikawx għall-asil", innota l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Camilleri enfasizza r-relazzjoni ċara bejn ir-rata ta' ritorni ta' migranti li mhumiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u vjaġġi irregolari. Il-Ministru appella għal soluzzjonijiet vijabbli fit-tul ibbażati fuq kooperazzjoni aktar b'saħħitha ma' pajjiżi terzi, sforzi akbar dwar ir-ritorni, u l-ġlieda kontra n-netwerks tal-kuntrabandu.

Il-Ministri ta' Malta, Greċja, Italja, u Spanja, u d-Direttur Ċiprijott tas-Servizz tal-Asil, iffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta b'antiċipazzjoni għal-Laqgħa Ministerjali dwar l-Implimentazzjoni tal-Patt, li ser ssir bejn id-29 u t-30 ta' April.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Ministru Byron Camilleri jattendi s-Summit MED5 li sar fi Spanja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Ministru Byron Camilleri jattendi s-Summit MED5 li sar fi Spanja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow