Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Reġistru Elettorali ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern

pr240641
Date Icon 22/04/2024

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd li għadhom kemm ġew ippubblikati r-Reġistri Elettorali riveduti għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta' April, 2024.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354), u/jew skont l-Att dwar il-Gvern Lokali (Kap. 363) u/jew skont l-Att dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew (Kap. 467), sad-data tal-għeluq, il-15 ta' April, 2024, u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu mhumiex murija b'mod korrett, għandu, skont l-artikolu 39 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, sa nhar is-Sibt il-11 ta' Mejju, 2024, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi inkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv.

Kull votant reġistrat li:

  1. Jgħid li, minħabba xi raġuni legali, l-isem ta' xi persuna għandu jinqata' barra mir-reġistru għax din m'għandhiex il-kwalifiki meħtieġa; jew
  2. Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta' xi persuna mhumiex murija b'mod korrett fir-reġistru;

jista' wkoll, skont l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jagħmel appell għal dan il-għan lill-Uffiċjal Reviżur, sa nhar is-Sibt il-11 ta' Mejju, 2024.

Kull persuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista' tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali.  Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie inkluż fir-Reġistru Elettorali.  Jekk dan ma jsirx jista' jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijiet, kemm Ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, għall-Parlament Ewropew jew Referenda.

Ta' min jinnota li Uffiċjal Reviżur jista' jordna li l-isem ta' xi persuna jiġi inkluż, jew li ssir korrezzjoni ta' isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-Reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak il-għan.

Min jixtieq jara r-Reġistri kollha jista' jarahom fl-Uffiċċju Elettorali.  Ir-Reġistri jkunu wkoll għall-bejgħ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni bħala volumi.  Barra minn hekk, wieħed jista' jara jekk hux reġistrat bħala votant f'dawn ir-reġistri billi jidħol onlajn fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali, www.electoral.gov.mt, fis-sezzjoni “Pubblikazzjonijiet" u jagħfas il-buttuna “Nista' nivvota?" jew il-buttuna “Fittex fir-Reġistri".

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow