Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inwettqu Flimkien: Aktar investiment fil-pixxina tal-Waterpolo f’Birżebbuġa

pr240640
Date Icon 22/04/2024

Se tinbena pump room ġdida sabiex jissaħħan l-ilma tal-pixxina biex tintuża fix-xitwa wkoll

Wara li d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi ħa ħsieb il-bini mill-ġdid tal-pixxina tal-Waterpolo f'Birżebbuġa, issa ser titkompla fażi oħra ta' dan il-proġett permezz ta' bini ta' pump room ġdida fl-istess kumpless li permezz ta' teknoloġija moderna se tkun qed issaħħan l-ilma ta' din il-pixina sabiex tkun tista' tintuża anke fix-xhur tax-xitwa. Dan qed isir b'investiment ta' madwar €300,000. Qal dan is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia waqt l-iffirmar ta' ftehim bejn id-Dipartiment għax-Xogħolijiet Pubbliċi u l-Klabb tal-Waterpolo ta' Birżebbuġa. 

Is-Segretarju Parlamentari spjega l-investiment b'saħħtu li sar f'dan il-kumpless sportiv. Huwa qal li l-pixxina l-antika kienet ilha mitluqa għal diversi snin u fi stat li interventi ta' manutenzjoni ma kienux biżżejjed biex din tilħaq il-livell aċċettabbli. Għaldaqstant id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi kien ħa l-inkarigu ta' dan il-proġett ambizzjuż u bena mill-ġdid pixxina tal-ilma ħelu biex in-nies tan-nofsinhar tal-pajjiż issa għandhom post ieħor fejn jipprattikaw l-isport tal-għawm u l-waterpolo. 

“Permezz ta' dan il-ftehim se mmorru pass oltre minn hekk u issa t-tfal u ż-żgħażagħ ta' dan il-klabb se jkunu qed jitħarrġu f'pixxina b'faċilitajiet mill-iktar moderni anke fix-xhur xitwin f'temperaturi baxxi. Proġett ieħor minn sensiela ta' proġetti li qed nagħmlu fil-komunitajiet tagħna biex flimkien inkomplu nwettqu u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Farrugia.

L-investiment f'pump room ġdida minbarra li se takkomoda sistema ġdida li se tħaddem u ssaħħan l-ilma tal-pixxina, se tinbena b'mod li fuq is-saqaf tagħha jibda jintuża għall-użu ta' rikreazzjoni tal-pubbliku. Barra minn hekk, ser tinbena wkoll gverta li tkun tista' tgħatti l-pixxina kollha ħalli meta ma tkunx qed tintuża ma tintilifx s-sħana u b'hekk tkun aktar effiċjenti.

Il-President tal-Klabb tal-Waterpolo ta' Birżebbuġa Jason Bonnici rringrazzja lill-Gvern tal-għajnuna kollha f'dan il-proġett. Huwa qal li din il-pixxina issa se tkun tista' tintuża matul is-sena kollha u permezz ta' dan l-investiment bħala klabb se jkunu qed jattiraw iktar tfal biex jibdew jipprattikaw kemm l-isport tal-għawm u kif ukoll tal-waterpolo.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inwettqu Flimkien: Aktar investiment fil-pixxina tal-Waterpolo f’Birżebbuġa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inwettqu Flimkien: Aktar investiment fil-pixxina tal-Waterpolo f’Birżebbuġa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inwettqu Flimkien: Aktar investiment fil-pixxina tal-Waterpolo f’Birżebbuġa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow