Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola

pr240637
Date Icon 21/04/2024

Nhar is-Sibt tard waranofsinhar, il-President ta' Malta, Myriam Spiteri Debono, laqgħet lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, fil-Palazz ta' Sant'Anton.

Il-President Myriam Spiteri Debono esprimiet it-tama tagħha li titrawwem ir-rieda tajba u l-fiduċja fost dawk li huma strumentali biex iġibu l-bidla.

Saħqet ukoll fuq l-importanza li l-poplu jitħeġġeġ jivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju li ġej.

Il-President Myriam Spiteri Debono rringrazzjat lil Dr Metsola għaż-żjara tagħha.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola awgurat lill-President Spiteri Debono għall-ħatra tagħha.

Qalet li l-presidenza ta' Myriam Spiteri Debono hija pass sinifikanti għall-istorja ta' pajjiżna.

Hija awgurat li din il-presidenza tħalli impatt fuq is-soċjetà Maltija, tgħaqqad lill-poplu u tkun strumentali biex tħeġġeġ aktar parteċipazzjoni pubblika miż-żgħażagħ u l-poplu.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow