Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jiltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken

pr240600
Date Icon 17/04/2024

L-Istati Uniti tilqa’ t-tmexxija determinata u effettiva ta’ Malta tal-OSCE

“Għandna bżonn naħdmu flimkien biex innaqqsu t-tensjonijiet u nkomplu nħeġġu lil kull min hu involut fil-kunflitt sabiex naħdmu għal triq ’il quddiem b’soluzzjonijiet li ma jkunux distruttivi għan-nies”, saħaq il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg dwar il-ħtieġa ta’ djalogu u kooperazzjoni fil-kunflitti attwali kollha, waqt laqgħa mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken f’Washington, ilbieraħ, it-Tlieta.

Huma ddiskutew l-isfidi attwali fir-reġjun tal-Mediterran, fil-Lvant Nofsani, fl-Ukrajna u lil hinn, matul xahar kruċjali għal Malta, hekk kif għandha l-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, filwaqt li kompliet il-presidenza tagħha tal-2024 tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). 

“Napprezzaw is-sens ta’ tmexxija li Malta wriet li tmexxi l-OSCE fi żmien ta’ sfida kbira, iżda li għamlitha b’mod effettiv ħafna, u wkoll, ovvjament, fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, u fil-Presidenza dan ix-xahar,” qal is-Segretarju Blinken.

Borg u Blinken qablu li l-eskalazzjoni u l-gwerra usa’ fil-Lvant Nofsani ma huma se jgħinu lil ħadd, u sejħu għal soluzzjonijiet effettivi u fit-tul għar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti attwali.

Il-Ministru Borg tenna t-talba ta’ Malta għall-waqfien mill-ġlied b’mod permanenti, il-ħelsien immedjat tal-ostaġġi maqbuda fis-7 ta’ Ottubru u ż-żieda mgħaġġla fl-għajnuna umanitarja għan-nies f’Gaża bħala l-ewwel pass għall-paċi fil-Lvant Nofsani.

F’Washington, il-Ministru Borg kellu wkoll laqgħat mal-Congressman Amerikan William Keating, li jifforma parti mill-Kumitat tal-Kamra għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat għall-Affarijiet Barranin dwar l-Ewropa, u mal-Ambaxxatur Michael Carpenter, Direttur tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali għall-Ewropa, u eks Ambaxxatur Amerikan għall-OSCE.

Fir-rwol tiegħu bħala Chair-in-Office tal-OSCE, il-ministru indirizza wkoll żewġ laqgħat pubbliċi. Nhar it-Tnejn li għadda, ingħaqad mal-Ambaxxatur David T. Johnson, eks Ambaxxatur tal-Istati Uniti għall-OSCE, għal taħdita organizzata minn Wilson Center, organizzazzjoni mhux governattiv mikrija mill-Kungress tal-Istati Uniti biex tipprovdi pariri mhux partiġġani u għarfien dwar affarijiet globali lil dawk li jfasslu l-politika. Nhar it-Tlieta, il-Ministru Borg kellu smigħ formali mal-Kummissjoni ta’ Helsinki tal-Kungress tal-Istati Uniti, ippreseduta miċ-Chairman tal-Kummissjoni ta’ Ħelsinki Joe Wilson.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jiltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jiltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jiltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jiltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow