Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Inawgurat iċ-Ċentru ta’ Informazzjoni, Kulturali u Edukattiv flimkien ma’ xogħlijiet oħra li saru fi Ġnien l-Istazzjon, Ħ’Attard

pr240598
Date Icon 16/04/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard inawguraw iċ-Ċentru ta' Informazzjoni, Kulturali u Edukattiv flimkien ma' xogħlijiet oħra li saru fi Ġnien l-Istazzjon f'Ħ'Attard, b'investiment  ta' €600,000.

Dan iċ-ċentru edukattiv jinkludi librerija, żona għall-qari, u faċilitajiet ta' konvenjenza pubblika. Il-binja tlestiet bil-ġebla tal-franka, b'aperturi tal-injam u tal-aluminju u ġiet installata wkoll canopy tal-ħadid maħdum biex ifakkar il-bini tal-istazzjon fl-aħħar tas-seklu dsatax li serva biex jipprovdi kenn lill-passiġġieri li jistennew fuq il-parti ta' quddiem tal-pjattaforma.

Il-Ministru Clint Camilleri spjega kif l-Awtorità tal-Ippjanar iffinanzjat madwar €200,000 għall-kostruzzjoni u t-tlestija taċ-Ċentru ta' Informazzjoni, Kulturali u Edukattiv fi Ġnien l-Istazzjon u madwar €30,000 għall-installazzjoni ta' kompartament tal-azzar li fih jinsab miżmum il-mudell tal-ferrovija.

“Permezz ta' dan il-proġett, il-komunità ta' Ħ'Attard issa se tibbenefika minn ċentru kulturali u edukattiv ġdid li jfakkar l-istazzjon tal-ferrovija li kien jeżisti f'dan il-Ġnien. Dan iċ-Ċentru mhux biss se jsaħħaħ l-esperjenza tal-viżitaturi f'dan l-ispazju miftuħ għall-pubbliku iżda se jservi sabiex il-ġenerazzjoni tal-lum u ta' għada tkun infurmata dwar il-linja tal-ferrovija li kellna f'Malta u li parti minnha għadha teżisti qrib dan il-ġnien," stqarr il-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Camilleri semma wkoll kif permezz tad-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar qegħdin jiġu ffinanzjati diversi proġetti komunitarji madwar Malta u Għawdex li jgawdi minnhom il-pubbliku, b'mod partikolari r-residenti u dawk kollha li jżuru l-lokalità. Huwa temm billi ħeġġeġ aktar Kunsilli Lokali sabiex joħorġu bi proġetti innovattivi li jistgħu jibbenefikaw minn dan il-fond għall-ġid tal-komunità kollha.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli  semmiet kif dan il-proġett sar bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard u l-Awtorità tal-Ippjanar, fejn ix-xogħlijiet tmexxew mill-Kunsill Lokali stess. Hija qalet li minn dan il-proġett se tibbenefika minnu l-komunità ta' Ħ'Attard u dawk kollha li jżuru l-lokalità, fejn issa għandhom ġnien aktar attrezzat għar-rikreazzjoni kif ukoll Ċentru ta' Informazzjoni, Kulturali u Edukattiv ġdid.

“Kommessi li nkomplu bil-ħidma tagħna sabiex aktar kunsilli lokali jimplimentaw proġetti bħal dawn li għandhom l-għan li joffru lill-komunitajiet rispettivi spazju għar-rikreazzjoni u kif ukoll li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-komunità," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Ġnien l-Istazzjon kien l-istazzjon prinċipali ta' Ħ'Attard u kien jifforma parti mis-sistema tal-Ferroviji ta' Malta (Il-Vapur tal-Art) li kienet topera bejn l-1883 u l-1931. Il-bini tal-istazzjon inqered matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-linja tal-ferrovija f'Malta ġiet inawgurata fit-28 ta' Frar 1883 u kienet tibda mill-Belt Valletta sal-belt kapitali l-antika tal-Imdina f'tul ta' kważi 7 mili. Fir-rotta kien hemm sitt stazzjonijiet li kienu l-Belt Valletta, il-Ħamrun, Birkirkara, Ħ'Attard, ir-Rabat, u l-Imtarfa. Il-ferrovija tal-passiġġieri għamlet l-aħħar vjaġġ tagħha fil-31 ta' Marzu 1931.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Inawgurat iċ-Ċentru ta’ Informazzjoni, Kulturali u Edukattiv flimkien ma’ xogħlijiet oħra li saru fi Ġnien l-Istazzjon, Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Inawgurat iċ-Ċentru ta’ Informazzjoni, Kulturali u Edukattiv flimkien ma’ xogħlijiet oħra li saru fi Ġnien l-Istazzjon, Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Inawgurat iċ-Ċentru ta’ Informazzjoni, Kulturali u Edukattiv flimkien ma’ xogħlijiet oħra li saru fi Ġnien l-Istazzjon, Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Inawgurat iċ-Ċentru ta’ Informazzjoni, Kulturali u Edukattiv flimkien ma’ xogħlijiet oħra li saru fi Ġnien l-Istazzjon, Ħ’Attard
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow