Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Se tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Munxar Fireworks & Gastronomy Festival

pr240597
Date Icon 16/04/2024

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Munxar, ħabbru li se jerġa' jiġi organizzat il-Fireworks & Gastronomy Festival fil-Munxar. Din it-tielet edizzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa 26 ta' April, 2024 mis-7:30pm 'il quddiem. Il-Kunsill Lokali tal-Munxar ingħata fondi sabiex jittella' dan il-festival permezz tal-Iskema għall-attivitajiet kulturali maħruġa mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali. 

Waqt dan il-festival se jkun hemm show pirotekniku b'logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika u stalls tal-ikel kif ukoll divertiment għall-familja kollha bil-parteċipazzjoni ta' Ira Losco & Band, Ozzy Lino u DCapitals Big Band. Dan il-Fireworks & Gastronomy Festival fil-Munxar huwa bla dubju ċelebrazzjoni tat-tradizzjonijiet kulinari u kulturali tagħna. Mill-kċina lokali għal wirjiet pirotekniċi u divertiment dan il-festival se joffri esperjenza indimentikabbli kemm għan-nies tal-lokal kif ukoll għall-viżitaturi.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li għat-tielet darba l-Kunsill Lokali tal-Munxar se jorganizza avveniment ieħor tal-ogħla livell, sabiex jitgawda mill-pubbliku. Semmiet ukoll kif fl-aħħar snin il-gżira Għawdxija stabbiliet ruħha bħala destinazzjoni għall-avvenimenti ta' dawn it-tip.

“Il-Kunsill Lokali tal-Munxar qed jimmassimizza l-użu ta' fondi lokali u Ewropej sabiex jimplimenta proġetti bħall-Belvedere ġdid fejn se jiġi organizzat dan il-Festival, u kif ukoll sabiex jittella' dan l-avveniment. Bħala Gvern se nkomplu ninċentivaw aktar kunsilli lokali sabiex itellgħu attivitajiet bħal dawn għal komunitajiet rispettivi," temmet tgħid is-segretarju parlamentari, filwaqt li ħeġġet lil kulħadd biex għal sena oħra jattendi għal dan il-festival sabiex igawdu minn spettaklu tan-nar u festa tal-ikel fil-Munxar.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Se tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Munxar Fireworks & Gastronomy Festival
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow