Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Imniedi n-National STEM Community Fund

pr240596
Date Icon 16/04/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti nieda t-tielet edizzjoni tan-National STEM Community Fund.

Il-fond, li huwa amministrat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) flimkien mal-Esplora u n-National STEM Engagement Working Group, jipprovdi għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet lokali biex jimplimentaw proġetti li huma relatati mas-suġġetti STEM fi ħdan il-komunità. Dan l-appoġġ finanzjarju huwa mmirat biex ir-riċerka, l-edukazzjoni, il-komunikazzjoni, l-involviment taċ-ċittadini fis-suġġetti STEM jiġu xprunati permezz ta' dawn il-proġetti.

Il-proġetti li se jintgħażlu wara li tagħlaq is-sejħa għall-applikazzjonijiet, se jirċievu għotja massima ta' €8,000 għal kull proġett sabiex jitgawda mill-komunità kollha. Is-sena li għaddiet ingħataw €24,000 minn dan il-Fond lil numru ta' organizzazzjonijiet biex jikkollaboraw ma' riċerkaturi u professjonisti STEM biex jiżviluppaw il-proġett tagħhom fil-komunità.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti spjega li, “Impenjati li nkomplu nħeġġu u nżidu aktar l-attività xjentifika u r-riċerka u l-għarfien dwar is-suġġetti STEM fi ħdan il-komunitajiet tagħna u kien għalhekk li reġa' qed jitnieda dan il-Fond. Dan il-Fond huwa investiment li se jitgawda mis-soċjetà kollha. Għaldaqstant qed nerġgħu nistiednu liċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet  sabiex joħorġu b'inizjattivi fil-komunitajiet tagħhom."

Il-Kap taċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Olaf McKay qal li permezz ta' dan il-fond qed ikomplu jqarrbu s-suġġetti STEM lejn il-komunitajiet. “Permezz ta' dan il-Fond qed nappoġġjaw finanzjarjament proġetti xjentifiċi li jħallu impatt pożittiv fuq is-soċjetà tagħna. Impenjati li nkomplu mmexxu 'l quddiem r-riċerka u l-innovazzjoni fi ħdan il-komunità wkoll."

Min-naħa tagħha, Rebecca Buttigieg, is-Senior Executive u Chairperson tan-National STEM Engagement Working Group tenniet, “Diġà rajna l-impatt pożittiv li kellu dan il-Fond f'oqsma bħall-edukazzjoni STEM, is-sostenibbiltà u l-konservazzjoni ambjentali. Inħarsu 'l quddiem għall-proġetti innovattivi ta' din is-sena u l-benefiċċji li se jġibu magħhom."

Organizzazzjonijiet eliġibbli, inklużi skejjel u ċentri ta' riżorsi, jistgħu jaċċessaw l-applikazzjoni minn: https://esplora.org.mt/the-national-stem-community-fund-2024-introduction-and-applications-call-now-open/. L-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa sal-31 ta' Mejju 2024. Għal aktar informazzjoni ibgħat email lil stemengagement.esplora@gov.mt.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Imniedi n-National STEM Community Fund
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow