Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – Ġunju 2024

PR240592
Date Icon 15/04/2024

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċi versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex, li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mis-6.00 p.m. tal-Ħamis, 6 ta' Ġunju, 2024.

Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz tal-formola online li tinsab fuq l-indirizz elettroniku: www.electoral.gov.mt/advancedtransferjew permezz ta' formola, liema formola tista' tintbagħat jew titwassal b'mod personali fl-Uffiċċju Elettorali, Eks-Trade Fair Grounds, in-Naxxar jew fl-Uffiċċju Elettorali, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.  Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ħadd: bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m.

Id-dokumenti f'Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f'Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir ikunu mill-4 sas-6 ta' Ġunju, 2024 u dan isir personali mill-votant billi juri l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow