Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Rifużjoni fuq il-mediċini tal-IVF

PR240590
Date Icon 15/04/2024

Ġiet estiża r-rifużjoni fuq il-mediċini tal-IVF għall-ġenituri prospettivi li se jagħmlu l-IVF f'Malta kif ukoll ġenitur prospettiv li għamel IUI, IVF jew Embryo transfer f'kliniċi privati sa mill-1 ta' Jannar 2023. Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Is-settur tal-Prokreazzjoni Medikament Assistita, magħruf bħala IVF, ilu regolat mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun sa mill-2013. Ġie spjegat kif minn dakinhar sal-lum twieldu total ta' 601 tarbija u fil-preżent hemm ukoll 50 omm li qed jistennew li jwelldu 55 tarbija oħra.

Il-Ministru Abela spjega kif il-gvern konxju mis-sagrifiċċji li jgħaddu minnhom ġenituri prospettivi li jagħmlu l-IVF, u għalhekk sa mill-2015, beda joffri s-servizzi b'xejn mill-Isptar Mater Dei. Dawn is-servizzi komplew jespandu bl-emendi fil-Liġi li daħlu fis-seħħ fl-2018 u l-2022.

Il-Ministru qal li sal-aħħar ta' Marzu 2024, l-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijun (EPA) approvat 'il fuq minn miljun u għoxrin elf ewro (€1,028,543.54), li ġew mgħoddija lura lill-ġenituri prospettivi bħala rifużjoni tal-mediċini li kienu nefqu.

Il-Ministru Abela ħabbar kif wara diskussjoni mar-Regolatur ewlieni, l-EPA, issa din ir-rifużjoni se tiġi estiża ukoll għall-ġenituri prospettivi li se jagħmlu l-IVF ġewwa ċentri liċenzjati u mhux biss f'Mater Dei. Kull ġenitur prospettiv li għamel IUI, IVF jew Embryo transfer ġewwa l-kliniċi privati sa mill-1 ta' Jannar 2023, se jkunu wkoll intitolati għal din ir-rifużjoni.

Huwa spjega kif b'din ir-rifużjoni se jkunu qed jibbenifikaw total ta' 285 ġenituri prospettivi li għamlu 56 IUI, 131 embryo transfer, kif ukoll 98 proċedura tal-IVF sa mill-1 ta' Jannar 2023, fejn il-gvern se jkun qed irodd lura total ta' madwar mitejn u ħamsin elf ewro. Dawn se jkunu qed jiżdiedu mas-634 ġenituri prospettivi li diġà bbenefikaw mir-rifużjoni tal-mediċini għas-servizzi offruti f'Mater Dei sa mill-1 ta' Jannar 2022.

“Dan huwa xhieda tal-investiment li qed iwettaq il-Gvern. Kommessi li nkomplu ntejbu s-servizzi tal-IVF u nkunu ta' għajnuna u sostenn għall-familji Maltin u Għawdxin," temm jgħid il-Ministru Abela.

Applikazzjonijiet kif ukoll l-irċevuti oriġinali tal-mediċini għandhom jiġu sottomessi għand iċ-ċentri liċenzjati u mibgħuta lil-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun biex tiġi pproċessata r-rifużjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Rifużjoni fuq il-mediċini tal-IVF
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Rifużjoni fuq il-mediċini tal-IVF
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Rifużjoni fuq il-mediċini tal-IVF
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow