Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-Isle of MTV Malta 2024 jirritorna nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju

PR240589
Date Icon 15/04/2024

Nhar it-Tlieta 16 ta' Lulju 2024 jirritorna l-Isle of MTV fuq il-Fosos tal-Furjana. L-edizzjoni ta' din is-sena se tkun qiegħda tara artisti li jinkludu l-kantanta ta' fama mondjali RAYE u DJ Franċiż u produttur mużikali internazzjonali DJ Snake. Fil-ġimgħat li ġejjin ser jitħabbru iżjed artisti internazzjonali u lokali li ser ikunu parti mill-ispettaklu ta' dan l-avveniment tant popolari mat-turisti u l-Maltin matul is-sajf.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u Russell Samuel f'isem il-kumpanija Paramount, l-organizzaturi ta' dan l-avveniment mużikali.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif dan l-avveniment huwa ta' għajnuna kbira biex pajjiżna jkompli jsaħħaħ l-offerta turistika tiegħu matul ix-xhur tas-sajf. “Il-fatt li sena wara oħra pajjiżna jkompli jassoċja ma' brand b'saħħitha bħal MTV tikkonferma l-impenn tagħna li nkomplu ntejbu l-kwalità fil-prodott turistiku li noffru matul il-perjodu imsemmi. Apparti l-avveniment mużikali, ir-reklamar ta' VisitMalta fuq dan l-istazzjon mondjali ser ikun ta' importanza biex intejbu l-viżibilità ta' pajjiżna mad-dinja kollha," irrimarka l-Ministru Clayton Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-Isle of MTV Malta 2024 jirritorna nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-Isle of MTV Malta 2024 jirritorna nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-Isle of MTV Malta 2024 jirritorna nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow