Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA Jitressqu l-appelli għas-sentenzi dwar l-interventi f’waqthom fin-National Bank of Malta fis-sebgħinijiet

pr240587
Date Icon 15/04/2024

Il-Gvern illum ippreżenta żewġ appelli minn żewġ sentenzi tal-Qorti li bejniethom huwa ġie ordnat iħallas mija u ħdax-il miljun, mija u erbgħa u sittin elf u disa' mitt euro (€111,164,900) lis-sidien tal-eks ishma tan-National Bank of Malta li kien għalaq fl-1973. Fl-appelli l-Gvern sostna li l-intervent tiegħu biex isalva l-attività bankarja tan-National Bank billi din titkompla minn bank ieħor, kien meħtieġ biex jiġi evitat diżastru fl-ekonomija u t-telf tad-depożiti tad-depożitanti u tal-faċilitajiet bankarji u l-impiegi li kien isostni l-istess bank.

Il-Gvern ilmenta li għad li l-Qorti kienet irrikonoxxiet dan fis-sentenzi appellati, l-istess sentenzi xorta adottaw viżjoni negattiva u imponew kastig fuq il-finanzi pubbliċi llum talli ġie evitat diżastru ekonomiku fl-1973, qiesu dak li sar kien ħażin u ma jmissux sar. Il-Gvern jerġa' jissenjala li n-National Bank kien bank li kien jieħu riskji li ma kienx jiflaħ għalihom u li kellu 40% tal-portafoll tas-self tiegħu ma jitħallasx meta kien dovut.

Fl-1972, in-National Bank kien ukoll sofra telf ta' kapital u ta' depożiti tal-banek l-oħra iżda fl-1973, il-bank ma setax jikkontrolla l-ġbid mgħaġġel u intensiv ta' flus u kieku ma intervjeniex il-Gvern bi flus il-poplu, in-National Bank falla. L-azzjonisti ma kinux disposti li jinvestu flushom biex jikkapitalizzaw il-bank u lanqas ma kien hemm il-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-Bank Ċentrali jaġixxi ta' Lender of Last Resort li fi kwalunkwe każ qatt ma jista' jwaqqaf 'depositor run'- anzi l-fatt li jsir magħruf li ngħatat faċilità ta' 'Lender of Last Resort' jwassal biex in-nies iżjed jiġbdu flushom.. Il-Gvern indika li kienu s-sidien tan-National Bank stess li kienu stednuh biex jieħu l-bank f'idejh għax dan kien fl-interess tagħhom ukoll biex b'hekk huma ma tilfux id-depożiti u l-faċilitajiet li kellhom mal-bank.

Fl-appelli l-Gvern ilmenta li l-Qorti kienet imxiet biss fuq espert wieħed u ma qisitx ix-xogħol ta' esperta oħra minkejja li rrikonoxxiet li x-xogħol tagħha kien validu u ma kkritikatux. Dik l-esperta kienet ikkonkludiet li l-ishma tan-National Bank fl-1973 ma kellhom ebda valur u li l-bank kien insolventi. Kieku l-bank tħalla waħdu fl-1973 kien sempliċiment ifalli u jġib diżastru. Fl-appell, il-Gvern ilmenta wkoll mill-fatt li x-shareholders kienu fetħu dawn il-kawżi biss wara tmintax-il sena u allura wara li kien serrħu rashom mill-faċilitajiet tal-bank, bis-saħħa tal-Gvern. Fl-appelli l-Gvern għalhekk issottometta li l-Qorti setgħet ċaħdet il-kawżi ukoll għax il-ħsieb warajhom kien abbużiv. B'kollox il-Gvern ressaq disa' aggravji dwar kull sentenza appellata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow