Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbar kunċert biex jitfakkar il-45 sena mill-kisba tal-Ħelsien

pr240586
Date Icon 15/04/2024

Nhar it-Tlieta 23 ta' April fit-8:30pm, f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, se jittella' kunċert biex jitfakkar il-45 sena mill-kisba tal-Ħelsien u li fih ser jieħdu sehem uħud mill-aqwa talent lokali taħt id-direzzjoni artistika ta' Mro. Paul Abela.

Il-kunċert, li se jkun qed jittella' mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta, huwa ispirat minn sensiela interattiva marbuta mal-personalità magħrufa Mario Laus fuq gazzetti stampati li telenka l-aqwa għoxrin kanzunetta tas-sebgħinijiet f'pajjiżna.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li Jum il-Ħelsien din is-sena kien wieħed speċjali għaliex ikkommemora 45 sena minn mindu dan inkiseb lura fil-31 ta' Marzu, 1979. Waqt li l-jum innifsu tal-31 ta' Marzu din is-sena ħabat mal-festa tal-Għid il-Kbir u ġie immedjatament segwit mill-ħatra ta' President ġdid ta' Malta, huwa spjega li l-ministeru u l-entitajiet konċernati għamlu l-pjani meħtieġa biex dan il-kunċert jittella' wara dawn l-avvenimenti, fejn id-dħul tiegħu se jkun kompletament bla ħlas u hu mmirat għall-familja kollha.

Huwa sostna li l-kunċert innifsu mhux biss iservi biex il-familji Maltin u Għawdxin jirriflettu fuq iż-żmien li fih inkiseb il-Ħelsien, imma jipprovdi pjattaforma lil diversi artisti lokali biex jesebixxu t-talenti tagħhom. “Inħeġġeġ lil kulħadd biex ma jitilfux din l-opportunità unika biex nerġgħu ngħixu l-passat u noħolqu memorji ġodda flimkien permezz tal-mużika," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli faħħret din l-inizjattiva li ser tiċċelebra avveniment storiku f'pajjiżna permezz tal-mużika. Hija qalet li ċelebrazzjonijiet bħal dawn huma importanti sabiex nibqgħu nfakkru fuq il-perseveranza ta' dawk ta' qabilna u li ħadmu favur Malta ħielsa u għal sistema demokratika b'saħħitha.

Iċ-Ċermen ta' Festivals Malta Aaron Zahra qal, “L-2024 hija sena li matulha ser ikunu qed jitfakkru bosta anniversarji speċjali marbuta mal-festi nazzjonali ta' pajjiżna. Din ta' Jum il-Ħelsien hija l-ewwel waħda, b'kunċert li ser ikun qiegħed jikkommemora l-45 anniversarju mill-kisba tal-ħelsien. Il-kunċert ser ikun qiegħed isir jiem wara l-ġurnata proprja ta' Jum il-Ħelsien b'rispett lejn l-attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Għid il-Kbir u l-ħatra ta' president ġdid tar-Repubblika ta' Malta".

Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Liam Gauci qal “Dan hu kunċert b'differenza, fejn il-memorja kollettiva tal-1979 sejra tiġi mqanqla permezz ta' mużika li kienet popolari f'dik is-sena. Hemm ħafna x'jixtarr dwar Jum il-Ħelsien u x'hemm aħjar mill-melodiji li għaqdu l-poplu fil-mixja lejn il-Ħelsien."

Il-kunċert se jittella' nhar it-Tlieta 23 ta' April fit-8:30pm. Dan il-kunċert huwa bla ħlas u tistgħu tibbukkjaw il-biljett tagħkom fuq showshappening.com.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbar kunċert biex jitfakkar il-45 sena mill-kisba tal-Ħelsien
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbar kunċert biex jitfakkar il-45 sena mill-kisba tal-Ħelsien
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow