Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inawgurata espansjoni ta’ fabbrika Maltija li tittestja l-mediċini ta’ uħud mill-aqwa brands internazzjonali

pr240585
Date Icon 15/04/2024

• Il-Prim Ministru Robert Abela jinnota l-investiment frott livell b'saħħtu tal-ħaddiem Malti u l-impenn tal-investitur

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura espansjoni tal-fabbrika ta' Pharmadox Healthcare Ltd. fiż-żona industrijali ta' Kordin, f'Raħal Ġdid. Flimkien mal-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri, il-Prim Ministru żar ukoll ix-xogħol li għaddej fuq fabbrika oħra fl-istess kumpless industrijali.

Wara li ltaqa' mal-ħaddiema, fosthom xjentisti u speċjalisti f'din il-fabbrika Maltija ta' sidien Maltin u li hi fdata bl-ittestjar ta' ħafna mediċini ġejjin minn fost l-aqwa kumpaniji internazzjonali, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li fid-diskussjonijiet fuq livelli differenti mhux biss nitkellmu dwar id-diversifikazzjoni fl-ekonomija biex ikollna setturi ġodda iżda anki dwar diversifikazzjoni f'setturi li diġà jeżistu.

Dr Abela qal li huwa għalhekk li rridu nkomplu nsaħħu l-industrija tal-farmaċewtika, li diġà hi waħda b'saħħitha anki frott politika ekonomika soda li wasslet biex Malta għandha ġurisdizzjoni ta' eċċellenza u issa pajjiżna jrid ikompli jimbotta anki fuq livell Ewropew il-ħtieġa li nsaħħu l-produzzjoni tal-mediċini fl-Ewropa. “Irrid nara li f'dan il-qasam, l-Unjoni Ewropea toffri iktar fondi għal riċerka u innovazzjoni biex din l-industrija tkompli ssaħħaħ l-awtomazzjoni u biex ikollha proċessi iktar sostenibbli ambjentalment," qal il-Prim Ministru Abela.

Il-Prim Ministru aċċenna fuq l-enfasi li nikkonsolidaw l-investiment li għandna u għalhekk huma importanti l-espansjonijiet u t-tkabbir fl-operat bħal dawk ta' Pharmadox, kumpanija Maltija li bdiet bi ftit ħaddiema u llum qed tqarreb lejn il-mitejn impjieg ta' kwalità. Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li pajjiżna qatt ma għandu jieħu s-suċċess ekonomiku ovvju, anki wara credit ratings li jinnutaw il-kisbiet ekonomiċi kbar ta' Malta iżda rridu nibqgħu attenti li nikkapitalizzaw fuq l-opportunitajiet il-ġodda. Dan nagħmluh anki bl-investiment fil-qasam edukattiv li jħejji l-istudenti għall-impjiegi speċjalizzati f'oqsma emerġenti. Il-Prim Ministru żied jgħid li f'pajjiżna naraw livell b'saħħtu tal-ħaddiem Malti u Għawdxi li huma r-raġuni għaliex l-investiment f'Malta jkompli jikber u tiżdied il-fiduċja f'pajjiżna mill-investitur li qed jitfa' flusu f'oqsma li jħallu valur għoli miżjud fl-ekonomija Maltija.

F'Pharmadox Healthcare Ltd., li qed tara investiment li se jaqbeż is-€6.5 miljun, tkellem ukoll il-Ministru Silvio Schembri, li qal li l-espansjoni ta' Pharmadox, l-unika kumpanija Maltija tal-farmaċewtika, hija turija tal-fiduċja li s-settur privat għandu fl-ekonomija ta' pajjiżna. “Dan ikompli jawgura tajjeb għall-futur ta' pajjiżna. Espansjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru wkoll, grazzi għall-ħidma konġunta bejn entitajiet varji fi ħdan id-dekasteru tal-ekonomija, l-INDIS u Malta Enterprise, li kif urew f'dan il-każ qed ikunu spalla ma' spalla mas-settur privat bl-għajnuniet u l-iskemi li joffru. Dan qed ikun ta' wens għan-negozjanti u investituri li jafu li għandhom ekosistema f'pajjiżna li jistgħu jorbtu fuqha," qal il-Ministru Silvio Schembri.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inawgurata espansjoni ta’ fabbrika Maltija li tittestja l-mediċini ta’ uħud mill-aqwa brands internazzjonali
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inawgurata espansjoni ta’ fabbrika Maltija li tittestja l-mediċini ta’ uħud mill-aqwa brands internazzjonali
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inawgurata espansjoni ta’ fabbrika Maltija li tittestja l-mediċini ta’ uħud mill-aqwa brands internazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow