Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser tgħin biex tiġi rrestawrata il-faċċata tal-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana

pr240584
Date Icon 14/04/2024

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser tkun qegħda tassisti finazjarjament biex tiġi rrestawrata il-faċċata tal-Knisja Parrokjali ta' San Publiju fil-Floriana.

Apparti l-interventi neċċessarji fuq il-ġebla preżenti, ser jiġi installat dawl ġdid li jikkumplimenta din il-faċċata tant rinomata b'mod partikolari għal avvenimenti li jsiru ta' kull sena fuq il-Fosos tal-Floriana.

Din l-informazzjoni tħabbret wara l-iffirmar ta' ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta fil-preżenza tal-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo u s-Sindku ta' din il-lokalità Vincent Borg qabel il-quddiesa pontifikali tal-festa.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo rrimarka kif dan il-ftehim ifisser iżjed investiment fil-komuntajiet, fil-patrimonju u fl-identità tagħna bħala Maltin u Għawdxin.

“B'hekk irridu naraw li nagħtu wkoll prodott turistiku li jkun iżjed iddiversifikat, aħjar u ta' kwalità ogħla fil-bliet u l-irħula tagħna", saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser tgħin biex tiġi rrestawrata il-faċċata tal-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser tgħin biex tiġi rrestawrata il-faċċata tal-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser tgħin biex tiġi rrestawrata il-faċċata tal-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow