Left arrow Mur Lura

STQARRIJJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL

pr240583
Date Icon 14/04/2024

L-ewwel laqgħa pubblika fuq ir-riforma tal-Qorti tal-Familja

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ser jorganizzaw l-ewwel laqgħa pubblika dwar ir-riforma fil-Qorti tal-Familja nhar is-Sibt li ġej 20 ta' April fl-10:00am fl-Università l-Antika, il-Belt Valletta. Din il-laqgħa ser issir bil-għan biex il-Gvern jisma' l-ħsibijiet tan-nies qabel jiġi mniedi d-dokument għall-konsultazzjoni pubblika.

Dawk preżenti jistgħu jipparteċipaw fid-diskussjoni fuq dawn it-temi:

•⁠  ⁠Proċeduri aħjar fil-Qorti tal-Familja

•⁠  ⁠Inħarsu d-drittijiet ta' kulħadd

•⁠  ⁠L-Aċċess u l-Manteniment

•⁠  ⁠Kura u Kustodja - Co-Parenting u Parental Alienation

•⁠  ⁠L-irwol tal-Professjonisti mill-Qasam Soċjali

•⁠  ⁠Medjazzjoni aktar effettiva u effiċjenti.

L-iskop ta' din il-laqgħa pubblika huwa li l-Gvern jisma' u jikkonsulta, jixtarr biex finalment jattwa favur l-aħjar interess tas-soċjetà fuq din ir-riforma li l-Gvern impenja ruħu li ssir wara wegħda elettorali.

“Is-settur tal-familja huwa wieħed sensittiv, fejn kull sitwazzjoni għandha l-partikolarjiet tagħha u allura kull intervent irid ikun wieħed maħsub. Il-ħidma ta' kumitat tekniku wasslet għall-ewwel sett ta' rakkomandazzjonijiet f'dan is-settur tant sensittiv u importanti. Din il-laqgħa ta' konsultazzjoni tixhed is-serjetà fl-approċċ li qed jittieħed  biex naslu għal riforma msejsa fuq il-kontribut ta' stakeholders fis-settur, rapporti u l-esperjenzi ta' nies li ffaċċjaw dawn ir-realtajiet", saħaq il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon saħaq, “Aħna nafu li meta l-familja tħabbat wiċċha ma' problemi, ikun hemm ħafna dimensjonijiet legali, emozzjonali u soċjali, u għalhekk bħala Gvern se nkunu viċin in-nies biex nisimgħu, niddiskutu u finalment nwettqu."

Dawk kollha li jixtiequ jattendu u jipparteċipaw fid-diskussjoni għandhom iċemplu fuq freephone 8000 2056 sabiex jirriservaw posthom għaliex il-postijiet huma limitati u wieħed jeħtieġ jirreġistra qabel biex jattendi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow