Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Konkluż proġett tad-Depiro Sports Club li ser jippromwovi aktar sigurtà fl-isport

pr240582
Date Icon 14/04/2024

Id-Depiro Sports Club implementa numru ta' inizjattivi bħala parti mill-proġett “Safe Sport" iffinanzjat mill-Voluntary Organisations Projects Scheme (VOPS) tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Dan inkluda xogħol infrastrutturali, riżorsi, taħriġ u outreach li lkoll ikkontribwew lejn ambjent sportiv aktar sigur.

Ir-riżultati ta' dan il-finanzjament ġew murija lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli waqt żjara li hija għamlet għand id-Depiro Sports Club fl-Imtarfa. Il-ministru kienet akkumpanjata mill-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo.

Il-klabb installa żewġ AEDs (Automated Extrnal Defibrillator) u investa wkoll f'First Aid kits mgħammra għall-attivitajiet sportivi u edukattivi differenti kollha li jseħħu fil-klabb. Dawn iż-żewġ riżorsi huma aċċessibbli għall-membri kollha tal-komunità, u mhux biss għal dawk li jattendu d-Depiro Sports Club. Sar ukoll kors tal-ewwel għajnuna, li kien miftuħ għal diversi entitajiet u għaqdiet, u sar ukoll kors ieħor aktar speċjalizzat fuq l-inklużjoni u d-diversità. Dan it-taħriġ iffoka fuq in-newrodiversità, l-imġieba, komunikazzjoni effettiva u l-ħolqien ta' ambjenti inklużivi fost l-oħrajn. Staff tal-klabb ipparteċipa wkoll f'taħriġ dwar l-inklussività.

Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà, il-proġett “Safe Sport" inkluda wkoll il-kitba u t-tnedija ta' Safe Sport Policy. Din iffukat kemm fuq ir-responsabbiltajiet lejn l-istudenti, iż-żamma ta' relazzjoni professjonali mal-atleti, ir-rispett tad-differenzi u l-individwalità tal-istudenti, l-integrità sportiva, il-kollaborazzjoni bejn l-istakeholders u l-għarfien u l-benesseri professjonali fis-settur. Dan id-dokument għandu jgħin sabiex l-esperjenza tal-atleti mad-Depiro Sports Club tkun waħda tajba u li toħloq kultura ta' professjonali. Dan id-dokument se jkun ukoll maqsum ma' entitajiet  oħra għal min jixtieq linji gwida ta' prattiċi tajba fis-settur.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli fissret is-sodisfazzjon tagħha għal dan il-proġett li mhux biss se jsaħħaħ ir-Rabat Depiro Sports Club imma l-komunità inġenerali. “Dan il-proġett huwa eżempju ċar ta' kif minn dawn it-tip ta' proġetti jista' jgawdu kulħadd, anke l-kumplament tal-komunità. Se nkomplu ninvestu fit-tisħiħ u l-ħolqien ta' aktar skemi u għajnuniet li jgħinu l-għaqdiet volontarji jinvestu mhux biss fl-operat tagħhom, iżda li jkunu f'pożizzjoni aħjar li jimpattaw b'mod tajjeb lil dawk ta' madwarhom," temmet tgħid il-ministru.

Il-Kap Eżekuttiv tad-Depiro Sports Club Ruben Baldacchino stqarr li “Dan il-proġett għenna nimxu żewġ passi 'l quddiem fil-ħolqien ta' ambjent aktar sigur għall-parteċipanti u l-istaff kollu fil-Depiro Sports Club. Il-ħolqien ta' policy, taħriġ tal-istaff u investiment f'riżorsi biex jinħoloq ambjent inklussiv kienu tragward importanti għall-organizzazzjoni tagħna. Il-proġett kellu l-għan li joħloq ambjent li jiffoka fuq l-aspett fiżiku imma jintegra wkoll l-aspetti soċjali, emozzjonali u mentali wkoll. Irridu napprezzaw illi fil-ħajja tal-lum huwa importanti li jkun hemm sistemi olistiċi għall-formazzjoni tal-atleti żgħażagħ."

F'kumment waqt l-attività, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Mauro Pace Parascandalo, innota kemm iħallu ġid il-proġetti li mhux biss isiru u jispiċċaw meta jiġi konkluż il-proġett, imma li jistgħu jiġu rreplikati u wżati minn għaqdiet oħra.

“B'hekk ix-xogħol li jkun sar minn għaqda jkun jista' jiġi addattat minn oħrajn, f'dan il-każ sportivi, ħalli jitwaqqfu policies simili li bihom dawn il-klabbs isiru aktar professjonali, inklussivi u fl-aħħar mill-aħħar aktar siguri għall-atleti u l-voluntiera kollha li jipparteċipaw bi ħġarhom."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Konkluż proġett tad-Depiro Sports Club li ser jippromwovi aktar sigurtà fl-isport
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Konkluż proġett tad-Depiro Sports Club li ser jippromwovi aktar sigurtà fl-isport
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Konkluż proġett tad-Depiro Sports Club li ser jippromwovi aktar sigurtà fl-isport
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Konkluż proġett tad-Depiro Sports Club li ser jippromwovi aktar sigurtà fl-isport
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow