Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Ir-residenti ta’ Ħal Safi ser ikollhom Melitensia estensiva dwar il-lokalità fil-librerija pubblika

pr240581
Date Icon 13/04/2024

Proġett pilota li ser jinfirex fil-libreriji pubbliċi madwar Malta u Għawdex

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda proġett pilota mmexxi minn Malta Libraries, fil-librerija pubblika biswit l-Iskola Primarja ta' Ħal Safi, li se jwassal għal kollezzjoni estensiva ta' Melitensia dwar il-lokalità nnifisha.

Il-Ministru Bonnici spjega li l-Librerija ta' Ħal Safi, hija l-ewwel fost is-57 madwar il-pajjiż, li fiha ser ikun qiegħed jitwettaq dan il-proġett pilota. Proġett li għandu jwassal għal sezzjoni estensiva ta' Melitensia f'kull librerija. Dan bil-għan li jkompli jissaħħaħ l-irwol tal-libreriji u l-librara fil-komunitajiet.

Żied jgħid li l-librara nfushom qed ninċentivawhom b'dan il-mod biex jinvestu aktar fil-ġbir komplut ta' Melitensia dwar il-lokalità tagħhom, bħal pereżempju, kotba miktuba minn awturi tar-raħal stess, kotba ta' riċerka pubblikati minn bosta awturi lokali, programmi tal-festi, kotba ppubblikati mill-kunsilli lokali u oħrajn.

Il-Ministru Bonnici kkonkluda li bis-saħħa ta' dan il-proġett, il-libreriji tal-lokal ser isiru sors importanti fejn tidħol riċerka fuq bażi lokali għal riċerkaturi ta' kull livell u repożitorji li fihom jinżamm il-materjal komplut ta' riċerka dwar il-komunità nnifisha.

Min-naħa tagħha, il-Librar Nazzjonali u Kap Eżekuttiv ta' Malta Libraries, Cheryl Falzon, tenniet li dan il-proġett ser ikun qiegħed jinfirex ma' lokalitajiet differenti u li għalhekk dak f'Ħal Safi ser iservi ta' mudell għal-lokalitajiet l-oħra.

Is-Sindku ta' Ħal Safi, Johan Mula, irrefera għal dan il-proġett bħala wieħed li se jkun qiegħed isaħħaħ il-komunità u tenna l-impenn tal-kunsill li jkompli jappoġġa proġetti bħal dawn.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll kollaboraturi mir-Reġjun, mill-parroċċa, u mill-każini kif ukoll awturi tal-lokal li kollha offrew il-pubblikazzjonijiet tagħhom għal dan il-proġett.

Dan il-proġett pilota tnieda fil-ġimgħa ta' attivitajiet f'lokalitajiet differenti organizzati minn Malta Libraries fil-ġimgħa tal-libreriji, il-Jum Dinji tal-Ktieb u l-Jeddijiet tal-Awtur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Ir-residenti ta’ Ħal Safi ser ikollhom Melitensia estensiva dwar il-lokalità fil-librerija pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Ir-residenti ta’ Ħal Safi ser ikollhom Melitensia estensiva dwar il-lokalità fil-librerija pubblika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow